Skip to main content

Taf Titlob?

“Hekk salvahom minn id dak li kien jobgħodhom, u fdiehom minn id l-għadu. U l-ilmijiet għattew l-għedewwa tagħhom; wieħed minnhom ma baqax. Imbagħad emmnu fi kliemu, u għannewlu għana ta’ tifħir. Insew malajr l-għemejjel tiegħu; ma stennewx iseħħ ħsiebu. Iżda fid-deżert imtlew b’xewqat imħeġġa u ġarrbu lil Alla fid-deżert. U tahom li talbu, iżda bagħtilhom marda ta’ nxufija f’ruħhom” (Salmi 106:10-15).

Meta l-kumdità nnamrat ma’ Luteru, is-suldat ferm ta’ Ġesù Kristu, kellu jgħajjat, “Mulej, ma rridx inkun distratt minn dawn il-ħwejjeġ!” Ħajja faċli, komda u lussurjuża hi ċertament attraenti għall-qalb midinba, li mingħaliha tgħaddi mingħajr Alla. Però meta npaxxu l-ġisem jisfalna ta’ detriment għar-ruħ. Il-ġisem, bla eżerċizzju, jitlef saħħtu u l-funzjoni effettiva tiegħu. 

Issa l-afflizzjonijiet huma l-eżerċizzju għar-ruħ. Nitfanstu minnhom, għax huma skumdità għall-ġisem, frattant huma tant meħtieġa għal kull avvanz spiritwali. Ebda wild t’Alla mhu eżentat minnhom. Ladarba l-Missier iħobb lil uliedu, allura jiddixxiplinahom u ma jitlaqhomx għal riħhom. Huma lkoll il-wirt tiegħu skont il-patt. 

Fit-talb tagħna sikwit nimitaw lil Ġakbu u Ġwanni meta resqu lejn Ġesù b’petizzjoni partikolari. Is-Sid weġibhom, “Ma tafux x’intom titolbu.” Spiss nitolbu żmerċ; noffru talb żbaljat lil Alla sforz l-injoranza tagħna. Imbagħad nilmentaw illi l-Mulej ma weġibniex skont xewqatna. Ħajr lil Alla! Fehmtu aħjar minn tagħna; hu jħobbna infinitament iżjed milli aħna nħobbu lilna nfusna. Sikwit, kieku jagħtina kulma nitolbuh, l-għotja tiegħu tkun serp flok ħobża, u skorpjun flok bajda. 

B’liema paċenzja jimxi magħna l-Mulej! Sikwit nuru kemm aħna wlied tosti, ingrati u immaturi. Frattant ma jarminiex. Kieku Pietru qala’ r-rikjesta tiegħu, Ġesù ma kienx imut, imbagħad kemm Pietru kif ukoll kull ruħ tintilef eternament. 

Talba: “Missier, int waħdek għaref; int waħdek taf x’neħtieġu. Għallimna ngħodduha bħala ħniena mingħandek talli ġieli twieġeb talbna b’ċaħda. Nirrealizzaw illi spiss tberikna l-iżjed meta tirrifjuta l-petizzjonijiet tagħna. Int taf l-aħjar, u aħna nistrieħu fik. Ħa jogħġbok tgħallimna nitolbu kif imiss. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...