Skip to main content

Uża l-Għodda

“Huma u ħerġin minn Ġeriko, segwietu folla kbira. Żewġt irġiel għomja bilqiegħda mat-triq, appena semgħu illi Ġesù kien għaddej minn hemm, bdew jgħajtu, ‘Ja Sid, ħenn għalina, Bin David!’ Il-folla ċanfrithom sabiex jisktu, imma huma wisq iktar għajtu, ‘Ja Sid, ħenn għalina, Bin David!’ Ġesù waqaf u sejħilhom. ‘Xi triduni nagħmlilkom?’ staqsa. Weġbuh, ‘Ja Sid, illi għajnejna jkunu miftuħa.’ Ġesù tħassarhom u messilhom għajnejhom; u istantanjament bdew jaraw u segwewh” (Mattew 20:29-34).

Iż-żewġ għomja fil-Vanġelu ma kellhomx ħila jagħtu d-dawl lil għajnejhom stess; kienet operazzjoni impossibbli għalihom. Biss setgħu joqogħdu fit-triq mnejn kellu jgħaddi r-Rabbi Ġesù. Setgħu wkoll jgħollu leħinhom u jappellawlu biex tiġih ħniena minnhom. Irrealizzaw li hu biss seta’ jfejjaqhom. Allura ħadu azzjoni! 

Alla tana t-talb, il-qari tal-Iskrittura, ix-xirka ma’ aħwa Kristjani, u mezzi oħra biex bihom nikbru fil-fidi tagħna. Issa dawk li huma ħawtiela fl-użu tal-mezzi huma n-nies li jpoġġu fit-triq mnejn jgħaddi Ġesù. Uża dawn il-mezzi tal-grazzja u għix ogħla minnhom. 

Jekk tipprova tgħaddi mingħajrhom, tkun qed tipprova tinnaviga mingħajr kumpass, u allura mingħajr il-gvern ta’ Kristu. Qishom sewwa l-affarijiet: jekk jidhirlek li tista’ tkun ogħla minn ħutek u allura titwarrab minnhom, fl-aħħar tagħti prova li int aktar baxx minn bnedmin infidili.

Aħna kmandati nieħdu ħsieb u nikkoltivaw l-ort tal-Mulej flimkien; aħna ħaddiema flimkien miegħu. Suldat mhuwiex armata; qatt u qatt ma jfettillu jintefa’ fil-battalja waħdu. Membru wieħed lanqas jifforma familja. Jekk taħseb illi kapaċi tgħaddi bħala Kristjan waħdek, meta Alla fil-providenza tiegħu tak opportunità għall-komunjoni ma’ ħutek, tkun qed tistmerr l-għotjiet tiegħu. Terġa’ u tgħid, tista’ tagħraf l-imħabba ta’ Kristu bil-metodu stabbilit minnu stess: tagħrafha “flimkien mal-qaddisin kollha” (Efesin 3:18). 

M’hemmx dixxipli li huma aktar bieżla fit-tħaddim tal-mezzi minn dawk li huma l-iżjed ċerti dwar riżultat eċċellenti u konklużjoni tajba, għax b’hekk wieħed jimmotiva u jagħmel kuraġġ lill-ieħor. L-assigurazzjoni tat-tmiem tagħmilna diliġenti fil-mezzi. Għax ir-ruħ tal-kredenti taf illi Alla ddigritahom it-tnejn. 

Wettaq id-doveri, mela, bħalma l-mastrudaxxa jinqeda bl-iskwerra, il-martell u s-serrieq, biex jimmanifattura għamara utli. Uża l-mezzi bħalma l-ħamiema ta’ Noè nqdiet bi ġwenħajha, biex iġorruk lejn l-arka tal-Mulej Ġesù, fejn hemm biss issib mistrieħ. 

Talba: “Nistennewk, Mulej, biex tgħaddi minn ħdejna, għax int widnejk miftuħa għall-karba ta’ wlied Eva. Nistennewk, iva, għax persważi illi għajnejk huma mimlija kumpassjoni u simpatija lejn il-batuti, speċjalment dawk mgħaffġa taħt il-piż tad-dnub u l-ħtija. Missilna ruħna, Tabib, u nfiqu; qajjimna u aħna nqumu; dawwalna u aħna nimxu fid-dawl, għall-glorja u s-sebħ ta’ ismek stess. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issiril...