Skip to main content

L-Istorja tar-Reġina

“Għax il-wegħda ’l Abraħam u lil nislu, li kellu jkun il-werriet tad-dinja, ma saritx permezz tal-liġi, iżda permezz tal-ġustizzja li tiġi bil-fidi. Għax jekk il-werrieta huma l-aderenti tal-liġi, il-fidi tbattlet u l-wegħda hi nnullifikata, għax il-liġi ġġib ir-rabja, imma fejn m’hemmx liġi, lanqas m’hemm trasgressjoni. Minħabba f’hekk hi mill-fidi, sabiex il-wegħda tkun tiddependi fuq il-grazzja, ħalli tkun garantita għan-nisel kollu t’Abraħam - mhux biss għal dawk tal-liġi iżda wkoll għal dawk li huma tal-fidi t’Abraħam, li hu missierna lkoll” (Rumani 4:13-16).

Darba waħda assassina nħbiet fil-kmamar privati tar-Reġina Eliżabetta l-Ewwel tal-Ingilterra, bil-ħsieb li malli tkun waħidha taħbat għaliha u teħdilha ħajjitha. Inqabdet, u minnufih irrealizzat li l-każ tagħha kien bla tama xejn. Għalhekk intefgħet mal-art quddiem ir-reġina u ttalbitilha biex turiha miżerikordja. 

“Il-grazzja tiegħek biss tista’ ssalvani,” għajtet imbikkija. 

Eliżabetta ħarset lejha bi bruda u qaltilha, “Jekk nurik grazzja, x’wegħda tagħmilli għall-ġejjieni?” 

Il-povera ssograt twaħħal ħarsitha f’għajnejn is-sultana, u qaltilha, “Grazzja bil-kondizzjonijiet, grazzja mxekkla bi prekawzjonijiet, mhi grazzja xejn.”

Ir-reġina fehmet l-idea minnufih, u qalet, “Għandek raġun biex tbiegħ; naħfirlek skont il-grazzja tiegħi. Tista’ tmur.”

Il-kronaka rjali tgħarrafna li minn dak il-waqt ir-Reġina Eliżabetta ma kellha ebda servjenta aktar fidila u devota minn din l-istess mara li sa ftit minuti qabel kellha l-intenzjoni ttemmilha ħajjitha ħesrem. 

Eżattament il-mod kif il-grazzja t’Alla - ħielsa u bla kondizzjonijiet - topera fl-individwu li jkun mgħaddas fiha: tnaddfu u tibdillu d-direzzjoni u l-kondotta, l-ambizzjonijiet u ħsibijietu, biex isir qaddej leali lejn is-Sid ħanin tiegħu, Ġesù Kristu.

Talba: “Sultan etern, int wisq ogħla u aktar maestuż minn kull monarka mondjali. Int waħdek frixt is-smewwiet, u waħdek ukoll trieġi kollox lejn l-għan aħħari tiegħu. Int urejt il-qawwa ta’ driegħek fis-salvazzjoni tagħna: il-qagħda tagħna quddiemek hi msejsa fuq il-grazzja, grazzja pura. O li napprezzawha tabilħaqq u nitimgħu lil ruħna minnha biex ikollok sudditi li verament iħobbuk, f’ġieħ Ibnek Ġesù, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...