Skip to main content

Il-Ġdid u l-Qadim

“Għaldaqstant, billi tneħħu l-falsità, ‘Tkellmu l-verità, kull wieħed minnkom, mal-proxxmu tiegħu,’ għax aħna membri ta’ xulxin. ‘Irrabjaw u frattant tidinbux.’ Tħallux ix-xemx tgħarrab fuq il-korla tagħkom, lanqas tagħtu opportunità lix-xitan. Ħalli min seraq ma jisraqx iżjed, imma aktarx għandu jitħabat, billi jaħdem onestament b’idejh stess, sabiex ikollu x’jaqsam ma’ min hu fil-bżonn. Ħa ma tipproċiedi l-ebda kelma mħassra minn fommkom, iżda biss kwalunkwe kelma tajba għall-edifikazzjoni ta’ ħaddieħor, skont kif tirrekjiedi l-okkażżjoni, sabiex tagħti grazzja ’l dawk li jisimgħuha. U tnikktux lill-Ispirtu s-Santu t’Alla, li bih kontu ssiġillati għal jum il-fidwa. Ħa jitwarrab minnkom kull imrar, għadab u rabja, għajjat klamoruż u diffamazzjoni, ma’ kull forma ta’ malizzja. Kunu benevolenti ma’ xulxin, kumpassjonali, u aħfru ’l xulxin, bħalma Alla ħafer lilkom fi Kristu” (Efesin 4:25-32).

Inża’ u ilbes, imma mhux fis-sens li l-ewwel tinża’ għalkollox biex imbagħad, bħala t-tieni pass, tilbes il-ġdid. Le: il-ġdid jimbotta ’l barra l-qadim, bħal meta tiftaħ tieqa: ir-rieħa tal-għeluq toħroġ għax tkun qed tiġi mibdula bl-arja friska. Waħda tkeċċi ’l oħra. 

Kif taħdem did-dinamika prattikament? L-appostlu Pawlu jagħtina diversi eżempji:

1. Minflok gideb (il-qadim), trawwem fil-verità, tkellem dejjem id-dritt. 

2. Minflok korla inġusta (il-qadim), tratta l-kawżi tar-rabja immedjatament, mingħajr ma tħalli l-problemi fir-relazzjoni tiegħek jinġemgħu. Bir-raġun, għax jekk ma tagħmilx hekk, tkun qed tagħti l-opportunità lix-xitan biex iqabbad dirfejh. 

3. Minflok serq (il-qadim), involvi ruħek f’ħidma onesta biex tipprovdi għalik innifsek u saħansitra tibda tkun ġeneruż ma’ ħaddieħor. 

4. Minflok diskors korrott (il-qadim), fittex li kliemek ikun neċessarju, mhux superfluwu, dejjem għall-edifikazzjoni, biex jgħin jew jagħti grazzja lis-semmiegħa tiegħek. 

5. Minflok komportament immorali, speċjalment fl-ilsien u l-attitudni (il-qadim), ikkoltiva fik atteġġjament ta’ tenerezza u ġentilezza, u maħfra ġenwina; u bir-raġun, għax int diġà maħfur.

It-tiġdid tal-Kristjan beda deċiżvament meta kkonverta, meta emmen l-evanġelju; jitkompla matul ħajjitna kollha. 

Talba: “Bil-mod misterjuż u omnipotenti tiegħek, Spirtu s-Santu, bdejt ħidma tajba fija.Wellidtni mill-ġdid; għamiltni ħaj għal Alla. Nitolbok issa biex tmantni din l-attività ta’ taqdis fija; nixtieq nikkoopera miegħek, u mhux nirreżistik. Imlini bik sabiex ir-rinovazzjoni morali u spiritwali tiegħi tibqa’ sseħħ b’suċċess, għall-glorja tas-Salvatur tiegħi, Ġesù Kristu.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...