Skip to main content

Pellegrinaġġ

“Dawn kollha mietu fil-fidi, bla ma rċevew il-wegħdi, iżda rawhom mill-bogħod u tawhom merħba, u ammettew illi kienu barranin u għorba fuq l-art. Infatti dawk li jgħidu t-tali ħwejjeġ jagħmluha ċara illi qed ifittxu patrija. Kieku kienu jaħsbu f’dak il-pajjiz li minnu ħarġu, kien ikollhom opportunità biex jirritornaw. Imma attwalment issa jleħħu għal pajjiż aħjar, ċoè wieħed smewwieti. Għaldaqstant Alla ma jistħix minnhom biex jissejjaħ Alla tagħhom, għax ippreparalhom belt” (Ebrej 11:13-16).

Min jaf kieku l-jum preżenti hu l-aħħar lejl għad-dinja? L-importanti mhuwiex illi dejjem nibżgħu jew imqar nittamaw dwar l-aħħar tad-dinja, iżda li niftakru u nieħdu rendikont illi, iva, l-univers preżenti għad jasal fi tmiemu. 

Biex inġibu eżempju: pensjonant ta’ sebgħin sena m’għandux għalfejn iħossu l-ħin kollu li armajn wasal fi tmiem il-vjaġġ, u lanqas hu obbligat isemmih il-ħin kollu. Jekk hu għaqli, però, jieħdu in konsiderazzjoni f’kull entrapriża jew proġett tiegħu. Ikun baħnan jekk jimbarka fuq skemi li jiddomandaw ħamsin sena biex jitwettqu. Ikun kriminalment iblah jekk ma jkunx għadu għamel testment u għandu daru fl-ordni.

Issa dak li l-mewt hi għal kull bniedem, l-avvent glorjuż tas-Sultan tas-slaten fl-aħħar jum hu għall-ġens uman kollu. Huwa prudenti għal kull wieħed u waħda minna illi nqisu kemm ħajjitna hi prekarja, temporanja u proviżjonali. 

Allura ma jaqblilniex nagħtu qalbna lil kwalunkwe ħaġa illi tiżvinta appena l-ħajja fiżika tiżvinta wkoll. It-tfittxija tas-saltna eterna, u l-belt mhix mibnija bl-idejn, eterna fis-smewwiet, tibqa’ bħala l-aħjar u l-unika entrapriża suprema u sensibbli tagħna. Huma dawn it-tip ta’ pellegrini, iterrqu lejn Sijon fuqanija, illi tarahom jagħmlu l-iżjed ġid matul it-triq – jassistu lil sħabhom, iwissu lill-irreverenti, u jxerrdu mħabbithom bħalma Missierhom sawwab imħabbtu fihom u fuqhom. 

Talba: “Tħalliniex, Missier smewwieti, nikkonċentraw fuq ħwejjeġ għaddiena hekk li ninsew il-valur u l-prestiġju ta’ ħwejjeġ eterni. Int għoġbok tikkoreġielna l-vista tagħna; mela żommilna ħarsitna fuq il-ħwejjeġ siewja u dejjiema. Ħa nħobbuk supremament! Ħa nirbħu l-erwieħ! Ħa naħżnu għalina nfusna teżori fis-smewwiet! F’ġieħ Ibnek Ġesù, Sidna.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...