Skip to main content

Għall-Kenn

“Hu ma jilmaħx ħażen f’Ġakobb u lanqas ra għawl f’Iżrael. Il-Mulej, Alla tiegħu, miegħu, u l-għajta ta’ sultan hi fosthom. Alla ħariġhom mill-Eġittu; hu għalihom bħal qrun ta’ gendus salvaġġ. Tassew, m’hemmx seħer f’Ġakobb, lanqas hemm xi teħbir f’Iżrael. F’waqtu jingħad lil Ġakobb u lil Iżrael: ‘X’għamel Alla!’ Ara, il-poplu jqum bħal ljunissa u jintrefa’ bħal iljun; ma jimteddx qabel ma jkun kiel il-priża tiegħu, u jkun xorob demm il-maqtulin” (Numri 23:21-24).

Dal-kliem hu bħal mannara li tqaċċat mill-għeruq kull biża’ belha minħabba s-superstizzjoni. Anke jekk is-seħer u l-okkult huma minnhom, ma jistgħux jaffettwaw in-nies t’Alla. Dawk li Alla jberikhom, id-demonji flimkien ma jistgħux jisħtuhom. L-avversarji tagħna jistgħu jikkomplottaw kif iridu; mhux se jirnexxilhom ixejnu lill-erwieħ miksuba minn Kristu għal Alla. Ix-xtabi ta’ Ħades qatt mhu se jipprevalu kontra l-imsejħin u l-maħbubin tiegħu, magħrufin minnu mill-eternità. 

Nies bla kuxjenza, bħal Balgħam, jistgħu jikkonfoffaw biex iwaqqgħu l-poplu t’Alla, u jġarrfuh. Iżda bis-segretezzi u makkinarji kollha tagħhom huma ddestinati għal telfa ċerta. Il-porvli tagħhom imxarrab, xifer ix-xabla tagħhom mgħattan. Jinġemgħu flimkien, iżda l-Mulej hu avversarju kontrihom, u l-kunsill tagħhom jisfaxxa. Kull arma mgħollija kontra niesu tiddewweb fix-xejn. 

Allura daparti tagħna nistgħu noqogħdu bi kwietna, u nħalluhom jinsġu x-xbieki tagħhom; qatt ma jirnexxilhom jaqbduna. Avolja jsejħu ’l Bagħalżebul bħala l-għajnuna speċjali tagħhom, u jħaddmu s-snajja’ kollha tagħhom kontrina, kollox isirilhom suf. Is-seħer tagħhom ċertament ifalli; it-teħbir tagħhom jaqa’ mal-art. 

X’barka din! Kemm għandha tikkalma u tikkwieta lil qlubna! Ġakobb jissara m’Alla, iżda ħadd ma jista’ jissara miegħu u jegħlbu. Iżrael għandu qawwa m’Alla u jegħleb, iżda ħadd m’għandu qawwa jegħleb lilu. Lanqas mix-xitan m’għandna għalfejn nibżgħu. L-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina hu infinitament aqwa u isħaħ minn kull forza demonika. “Ikbar hu dak li hemm fikom minn dak li hu fid-dinja” (1 Ġwanni 4:4).

L-avversarji tagħna ma jistgħu jagħmlulna ebda ħsara dejjiema, għax aħna nafdaw f’Alla l-ħaj. U b’Alla bħala l-kenn tagħna, nisfidaw ix-xitan u l-leġjuni kollha tiegħu. Għax tabilħaqq, “Alla tagħna hu fortizza soda, sur sħiħ li qatt ma jċedi!”

Talba: “Int twiegħed, Missier, illi jekk naħtru lilek bħala l-kenn tagħna, u nagħmlu lill-Ogħla bħala l-għamara tagħna, ma jiġrilna ebda deni, lanqas ebda ħsara ma tersaq lejn darna. Għax int tqabbad lill-anġli tiegħek biex jindokrawna, ħalli jħarsuna fi triqatna. Agħmel, Mulej, illi nduqu kuljum mill-benna ta’ din kelmtek favur tagħna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...