Skip to main content

Dejn li ma Jitħallasx

“Tiddejnu xejn ma’ ħadd ħlief li tħobbu ’l xulxin, għax min iħobb lil ħaddieħor wettaq il-liġi. Għax il-kmandamenti, ‘Tikkommettix adulterju,’ ‘Tikkommettix omiċidju,’ ‘Tisraqx,’ ‘Tirgħibx,’ u jekk hemm xi kmandament ieħor, huma ssommati f’dir-regola waħda: ‘Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’ L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu. Mela l-imħabba hi t-twettiq tal-liġi” (Rumani 13:8-10).

Min qed jimmira lejn il-maturità spiritwali ma jfittixx il-ħelsien tiegħu fl-awsteritajiet u qilla lejh innifsu, iżda lanqas ma jħalli l-pendlu jkaxkru fit-tmegħik ta’ pjaċiri bla sens, jew isawwar madwaru sur ta’ abbondanza. Ikun sab il-mogħdija medjana.

Min ma jirrikmandax l-għoti tal-karità? Min ma jfaħħarx il-filantropu? Jew min qatt ma tħeġġeġ għal xi tip ta’ meditazzjoni jew taħriġ reliġjuż? Jew min qatt ma semma’ tnehidu lejn is-sema? Għal dawn kollha jindaqqu l-lawdijiet, iżda akbar minn kollox hi l-imħabba tenera. Għax bħalma dawl il-qamar jarmi dija mitt darba iżjed mid-dawwaliet l-oħra ċelesti, hekk l-imħabba ħanina hija wisq iżjed biex tilliberali qalbi mill-kisbiet kollha l-oħra miġmugħin flimkien. Ħa nibqa’ sod fiha waqt li ninsab imqajjem, bilwieqfa jew miexi, bilqiegħda jew mimdud. 

Min iħobb jinħabb, għallinqas minn xi wħud; il-ħbiberija tiegħu hi apprezzata immensament. F’mewtu jistrieħ mit-taħbit u jsib il-milja tal-ferħ. Ma jagħlix u lanqas ikollu xogħfa. Jirċievi l-fjura miftuħa tar-rikumpensa tiegħu u l-frott li jissajjar minnha. Qajla nista’ nifhimha, jekk mhux bil-fidi.

Talba: “Kompli kkonvinċina, Missier, illi meta narmu l-ħobż inrabbu iżjed muskoli godlija; meta nirregalaw l-ilbies, naqilgħu aktar ġmiel; u meta nħallu wirt ta’ għamajjar mimlija safa u verità, niksbu teżorerija mill-aqwa. Kuljum issokta għallimna nikkomportaw irwieħna b’fiduċja fik, f’isem Ibnek Ġesù. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...