Skip to main content

Tifħir lil min ħaqqu Tifħir

“Faħħru lill-Mulej! Faħħru lill-Mulej fis-santwarju tiegħu; faħħruh fil-firxa tas-smewwiet tal-qawwa tiegħu! Faħħruh għall-għemejjel kbar tiegħu; faħħruh għall-kobor tiegħu bla tarf. Faħħruh bid-daqqa tat-tromba; faħħruh bl-arpa u ċ-ċetra. Faħħruh bit-tanbur u ż-żfin; faħħruh bid-daqq tal-kordi u tal-flawt. Faħħruh bid-daqq qawwi taċ-ċimbli; faħħruh biċ-ċimbli jdamdmu. Ħa jfaħħar lill-Mulej kulma jieħu n-nifs. Faħħru lill-Mulej” (Salmi 150:1-6).

Meta l-qalb tissaħħar f’ammirazzjoni grata lejn il-Ħallieq, żelożament tiżbokka u ssejjaħ il-ħlejjaq intelliġenti - anġeliċi u umani - kif ukoll ħlejjaq oħra, u l-ħolqien materjali, biex jifformaw kor wieħed universali, għalenija u armonjuż. Minn hawn nintebħu kemm hi adatta l-qima pubblika t’Alla. 

Imma d-dnub ippervertiena. Bħala bnedmin razzjonali u immortali kif nistgħu nkunu mistħija meta ninstabu nfaħħru ’l Alla? X’kuntrast mal-eżerċti tas-sema!

M’hemmx għalfejn tkun espert fl-astronomija biex tħoss l-obbligu raġunevoli li tadura l-Ħallieq ta’ univers hekk vast u affaxxinanti. Ir-ragħaj, il-bedwin, il-baħri, l-artist, il-poeta u l-professur tax-xjenza jistgħu lkoll ikunu ispirati bil-firmament u jissaħħnu f’qalbhom huma u jimmeditaw fuq il-qawwa tremenda t’Alla meta firex is-smewwiet bħal purtiera, u issa jżomm l-istess kosmos skont it-treġija providenzjali tiegħu.

Il-bhejjem, it-tjur u l-ħut fid-diversità tagħhom, kif ukoll il-fattizzi ta’ did-dinja, ukoll jagħtuna x’nifhmu kemm l-għemejjel t’Alla huma fuq skala ta’ manjifiċenza liema bħalha.

L-istudju tax-xjenzi – il-meteoroloġija, il-ġografija, il-botanija, iż-żooloġija – huma l-ikkatalogar u r-riflessjoni tal-opra grandjuża t’Alla fil-ħolqien tiegħu. Bix-xjenza l-bniedem jaħseb il-ħsibijiet t’Alla warajh! 

Supremament imissu jadurah il-bniedem, mill-kbir saż-żgħir, kemm slaten kif ukoll tfal, mill-potenti sad-dipendenti, individwalment u korporalment, kemm imħallfin kif ukoll nies komuni, il-virili u l-magħkusin, żgħażagħ u xjuħ, maskili u femminili, ġuvintur u xebbiet. 

Il-bniedem huwa l-kuruna tal-ħolqien għax hu morali, inkarigat biex jieħu ħsieb il-ħolqien li minnu jagħmel parti. Hu magħmul xbieha tal-Kreatur tiegħu! Jekk ninsa nfaħħru nkun qed nirrifjuta milli nibbenifika lili nnifsi, fl-aħħar mill-aħħar. It-tifħir, bħat-talb, hu strumentali biex nippromwovu l-maturità tal-ħajja spiritwali tagħna. Jgħinna biex nissollevaw it-tagħbijiet, jiċċitalna t-tama u jsaħħaħ il-fidi tagħna. 

Talba: “O Alla ta’ Iżrael, Ħallieq tas-sema u l-art, ta’ kulma jidher u ma jidhirx, int il-bidu u t-tmiem. Qablek ebda alla ma kien ifformat, u warajk ma jkunx hemm ieħor. Int unikament glorjuż, u tgħammar fuq it-tifħir tal-poplu tiegħek! Nixtieq infaħħrek kontinwament, ferventement, ġenwinament, sakemm tagħtini n-nifs. Ħalleluja!”

Comments

Popular posts from this blog

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

Rebbieħa Ma' Kristu

“Madankollu għandi naqra ħwejjeġ kontra tiegħek: għandek hemmhekk nies li jżommu mat-tagħlim ta’ Balgħam, li għallem lil Balak biex jitfa’ ostaklu quddiem ulied Iżrael, ħalli jieklu ikel sagrifikat lill-idoli, u jiffornikaw. Hekk int għandek ukoll lil dawk li bl-istess mod iżommu mat-tagħlim tan-Nikolajtin. Indem mela! Altrimenti se niġi għandek malajr u nikkumbatti kontrihom bix-xabla ta’ fommi. Min għandu widna, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes. Lil min ivinċi nagħtih mill-manna l-moħbija. Nagħtih ukoll ġebla bajda, u fuq il-ġebla isem ġdid miktub li ħadd ma jafu ħlief min jirċeviha” (Rivelazzjoni 2:14-17). Qalb tiegħi, tqanqal biex tippersevera fit-taqbida qaddisa, għax il-premju tar-rebħa hu kbir. Illum nieklu mill-ikel smewwieti li jaqa’ madwar il-kampijiet tagħna, l-ikel li dejjem imantni ’ll-pellegrini fi triqthom lejn il-Kangħan. Iżda hemm merfugħ għalina fi Kristu Ġesù ikel spiritwali wisq ogħla, ikel li għalissa għadu moħbi mill-esperjenza tagħna. Fil-ġarra deh