Skip to main content

Il-Knisja l-Kapulavur ta' Kristu


“Ma noħolqu ebda kawża ta’ tfixkil f’xejn, sabiex ma jkunx skreditat il-ministeru tagħna. Aktarx, f’kollox nirrikmandaw lilna nfusna bħala servi t’Alla: f’saportu kbir; f’afflizzjonijiet, neċessitajiet u kalamitajiet; fit-tidrib, priġuneriji u f’irvellijiet; f’taħbitiet, f’sahriet bla rqad u ġuħ; bis-safa, tagħrif, paċenzja u beninnità; fl-Ispirtu s-Santu u f’imħabba sinċiera; bil-kelma tal-verità u fis-setgħa t’Alla; bl-armi tal-ġustizzja fl-id il-leminija u x-xellugija; permezz ta’ glorja u diżunur, permezz ta’ infamja u rapport tajjeb. Aħna stmati bħala imposturi, frattant veri; bħala mhux magħrufa, frattant magħrufa sew; bħala qed immutu, frattant nibqgħu ngħixu; bħala msawtin, frattant mhux maqtulin; bħala mnikktin, frattant dejjem nifirħu; bħala foqra, frattant ngħanu lil ħafna; bħala m’għandna xejn, frattant nippossiedu kollox” (2 Korintin 6:3-10).

Min bil-grazzja sar denju quddiem Alla awtomatikament sar indenju quddiem id-dinja. Min hu magħdud bħala ħaġra prezzjuża fil-kuruna ta’ Kristu fl-istess ħin hu kkonsidrat il-knis u ż-żibel tad-dinja. 

Bħala l-mifdija tal-Ħaruf, kemm għandna għalfejn inżommu sħiħ mal-identità tagħna! Jekk id-dinja jfettlilha tpenġina bl-ilwien tagħha, ħa niftakru li r-ritratt tagħna hu diġà delineat. L-istima tal-Mulej hi l-unika waħda li tgħodd, u magħha nintrabtu.

X’insibu allura? In-nies imwielda mill-ġdid huma l-prinċpijiet li jirbħu m’Alla. Huma l-eċċellenti li fihom Kristu jsib l-għaxqa tiegħu. Huma l-glorja tar-Ras tagħhom. Huma l-istrumenti magħżula u maħtura biex bihom jitkompla u jiġi pperfezzjonat l-aħjar u l-ikbar xogħol tiegħu kontra l-agħar u l-isħaħ għedewwa tiegħu f’dawn l-aħħar jiem. Huma l-unzjonati ta’ Kristu, u jħaddmu l-ispirtu ta’ dixxerniment biex hekk għandhom “moħħ Kristu” (1 Korintin 2:16). Ismijiethom huma miktuba fuq ħobbu, bħalma l-ismijiet tat-tribujiet ta’ Iżrael kienu minquxa fuq il-korazza ta’ Arun. Huma siġill fuq qalb il-Feddej tagħhom, imnaqqxin fuq il-pali t’idejh.

Dawn jifformaw il-knisja tiegħu, membri ħajjin imlaqqma fih. Mhix kwistjoni jissejħux Kattoliċi jew Protestanti, jew bi kwalunkwe isem ieħor; l-importanti hu illi jgħixu bih u għalih. Flimkien, b'Ġesù nnifsu bħala r-Ras uniku tagħhom, jifformaw il-ġisem tiegħu, l-għarusa tiegħu, il-kapulavur tal-grazzja tiegħu. 

Talba: “O Alla tagħna, int tħobb il-knisja b’imħabba unika, speċjali, infallibbli u dejjiema. Il-glorja kollha li tfittex għall-eternità tirriżulta mill-ħidma tiegħek biex tibni lil Sijon. Aħna nfaħħruk għal dal-kapulavur manjifiċenti, għax nafu li għad ikun l-uniku monument tal-glorja tiegħu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...