Skip to main content

It-Tajjeb u l-Ħażin Maqlubin

“Gwaj għal dawk li jsejħu l-ħażin tajjeb, u t-tajjeb ħażin, li jqiegħdu d-dlam flok id-dawl, u d-dawl flok id-dlam, li jqiegħdu l-morr flok il-ħelu, u l-ħelu flok il-morr. Gwaj għal dawk li huma għorrief f’għajnejhom, u li mingħalihom għaqlin. Gwaj għal dawk li huma rġiel biex jixorbu l-inbid, u rġiel ta’ saħħa biex iħalltu xorb qawwi, li jiġġustifikaw il-ħażin bit-tixħim, u jieħdu d-dritt ta’ min hu ġust!” (Isaija 5:20-23).

Il-problemi f’kull soċjetà u f’kull żmien jirrepetu ruħhom. Sakemm il-bniedem jibqa’ midneb, għandu ħabta jaqleb il-valuri ta’ taħt fuq, minkejja illi fil-kuxjenza tiegħu jaf illi qed jagħmel ħażin. Hu ħati, u jaf. 

“Kulħadd sema’ n-nies jitlewmu. Kultant jinstemgħu komiċi u kultant sempliċement spjaċevoli. Insomma, jinstemgħu kif jinstemgħu, naħseb nistgħu nitgħallmu xi ħaġa importanti qatigħ meta nagħtu kas it-tip ta’ ħwejjeġ li jgħidu. Jilmentaw: “Xi tgħid kieku xi ħadd jagħmillek l-istess?” – “Dak posti, jien kont hemm l-ewwel!” – Ħallih; mhu jagħmillek ebda ħsara!” – “Għaliex se tiżżattat int?” – “Agħtini felli larinġa, u jien nagħtik biċċa tuffieħa.” – “U ejja, hekk wegħidtni!” In-nies jitkellmu hekk kuljum, sew l-edukati kif ukoll l-injoranti, sew it-tfal kif ukoll l-adulti. 

“Issa li jinteressani dwar dawn ir-rimarki hu illi l-bniedem li jagħmilhom mhuwiex sempliċement qed jgħid illi l-imġiba ta’ sieħbu inzertat li ma togħġbux. Qed jappella għal xi speċi ta’ standard ta’ kondotta illi jippretendi li l-ieħor jaf dwaru. U l-ieħor rarissmu jirrispondi: “Niġi naqa’ u nqum mill-istandard tiegħek.” Kważi dejjem jipprova jġaħġaħha illi mġibtu mhux veru teħodha kontra l-istandard, jew jekk teħodha, hemm xi skuża speċjali...

“Tidher infatti bħallikieku t-tnejn għandhom f’moħħhom xi tip ta’ Liġi jew Regola ta’ politika bil-fer, jew komportament diċenti, jew moralità, jew sejħilha li trid, li dwarha realment jaqblu. U hekk hu. Kieku le, naturalment kapaċi jiġġieldu bħall-bhejjem, iżda ma jkunux qed jitlewmu fis-sens uman tal-kelma. It-tilwim ifisser illi tipprova turi lil bniedem ieħor illi għandu tort. U dan it-tentattiv ma jkun fih ebda sens kieku m’hemmx xi tip ta’ qbil inkwantu x’inhu Tajjeb u Ħażin; l-istess bħal meta ma tagħmilx sens illi futboler ikkommetta fawl kieku m’hemmx xi qbil dwar ir-regoli tal-futbol...

“Aħna sforzati nemmnu f’Tajjeb u Ħażin reali. In-nies jistgħu kultant ikunu żbaljati dwarhom, bħalma kultant l-istudenti jġibu s-somom ħżiena; iżda mhumiex kwestjoni ta’ sempliċi gosti u opinjoni. Il-ħaġa iżjed tixbah it-tabelli tal-multiplikazzjoni: tista’ titgħallimhom bl-iżbalji, iżda huma l-istess għal kulħadd" (C.S. Lewis).

Talba: “O Sid suprem, il-fatt li għandna mħawwel fina s-sens ta’ tajjeb u ħażin jindika illi aħna xogħol idejk. Int tħobb is-sewwa u tobgħod il-ħażen; int tippremja l-ġustizzja u tikkastiga l-inġustizzja. It-tron tiegħek hu stabbilit bi qdusija assoluta. Nitolbuk bi ħrara biex issawwar minna nies sewwa, li nħobbu s-sewwa, għax hekk inkunu qed inħobbu lilek. F’isem Ġesù Kristu nippreżentaw din ir-rikjesta quddiemek. Onoraha, nitolbuk, għall-foħrija tiegħek stess, u għall-ġid etern tagħna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...