Skip to main content

Alla Ġust u Ħanin

“Int, iva, int tal-biża’; u min jista’ joqgħod quddiem il-preżenza tiegħek meta tkun mgħaddab? Int ġegħilt li l-ħaqq jinstema’ mis-sema; l-art beżgħet u tbikkmet xħin Alla qam biex jagħmel il-ħaqq, biex isalva l-imsejkna kollha tal-art. Tassew, għadab il-bniedem ifaħħrek; il-fdal tal-għadab int titħażżem bih. Wiegħdu u roddu lill-Mulej, Alla tagħkom; ħalli dawk kollha ta’ madwaru jġibulu għotjiet, lilu, li hu tal-biża’, li dak li jifni lill-kbarat u jnissel il-biża’ fis-slaten tal-art” (Salmi 76:7-12).

L-infidili jinkorlaw kontrina. Min-natura tagħhom ma jafux jagħmlu aħjar minn hekk. Ir-rabja tagħhom nissaportuha bħala tikketta tas-sejħa tagħna, sinjal li aħna sseparati u differenti minnhom. “Għalhekk aħna nfusna niftaħru bikom fil-knejjes t’Alla għall-kostanza u l-fidi tagħkom fil-persekuzzjonijiet u l-afflizzjoni kollha tagħkom li qegħdin tissaportu. Dan hu evidenza tal-ġudizzju ġust t’Alla, ħalli tkunu magħdudin denji ta’ saltnet Alla, li għaliha wkoll qegħdin tbatu” (2 Tessalonkin 1:4-5). 

Ġesù Sidna jispjegalna illi kieku konna tad-dinja, id-dinja kienet tħobbna, iżda peress li hu għażilna mid-dinja, mela d-dinja ma tirriżerva xejn għalina ħlief l-odju tagħha. Il-faraġ tagħna hu li l-għadab tal-bniedem se jkun maqlub biex jigglorifika iżjed lil Alla. Meta fil-għadab tagħhom il-ħżiena sallbu lil Bin Alla, kienu bla ma jafu qed iwettqu l-għan divin, u f’elf każ ieħor l-ebusija tal-ħżiena qed tagħmel l-istess ħaġa. Jaħsbu li huma liberi, iżda bħall-ħabsin fil-ktajjen qed jikkonfermaw id-digrieti sigrieti tal-Omnipotenti, mingħajr lanqas biss jittendu.

Finalment il-pjanijiet tal-ħżiena jinqalbu kontra tagħhom għar-rovina. Qed jaħdmu b’mod ta’ suwiċidju, u jżarmaw il-kumplotti tagħhom stess. Mill-għadab kollu tagħhom ebda tir ma jolqotna jew iweġġagħna, almenu mhux f’sens permanenti. Meta qatlu l-martri, id-duħħan tal-ħatab jaqbad dardarhom iżjed minn kull ħaġa oħra. 

Sadattant, il-Mulej għandu sarima għat-tigri salvaġġi, u katina għall-orsijiet. Jirrestrinġi l-għadab iżjed furjuż tal-għadu. F’dan kollu ma niddubitawx l-għan tajjeb tiegħu lejna. Bħall-inġinier, jaf kif iħaddem ix-xmara, billi juża kemm irid ilma għall-magni tiegħu, u l-bqija jikkontrollah. Ejjew ma nitnegħdux, iżda ngħannu. Kollox sew, jonfoħ kemm jonfoħ ir-riħ. Minkejja t-tempesta se niddaħħlu fil-port. 

Talba: “Mulej Alla, kemm inti kbir fil-qawwa u l-ġudizzji tiegħek. Aħna nifirħu u nithennew illi, f’kull avveniment, int involut, għax int is-Sovran suprem. Int twettaq l-intenzjoni kollha tar-rieda tiegħek. Aħna nadurawk bħala s-Sultan universali, renjanti fuq it-tron tas-sewwa tiegħek, għax tiegħek huma s-saltna, is-setgħa u l-glorja għal dejjem. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issiril...