Skip to main content

Jien m'inix Int

“B’dan hi pperfezzjonata l-imħabba fostna, sabiex ikollna kunfidenza f’jum il-ġudizzju, għax bħalma hu Ġesù, aħna wkoll aħna f’did-dinja. M’hemmx biża’ fl-imħabba, anzi l-imħabba perfetta tixħet ’il barra l-biża’, għax il-biża’ jinvolvi l-kastig, u min jibża’ mhux ipperfezzjonat fl-imħabba. Aħna nħobbu għax hu ħabbna l-ewwel. Jekk xi ħadd jikklejmja, ‘Inħobb ’l Alla,’ u frattant jobgħod lil ħuh, hu giddieb, għax min ma jħobbx lil ħuh li ra ma jistax iħobb ’l Alla li ma rax. U dal-kmandament għandna mingħandu: min iħobb ’l Alla jmissu jħobb ukoll lil ħuh” (1 Ġwanni 4:17-21). 

Kull wieħed minna intenzjonat biex jesibixxi l-karattru tiegħu nnifsu, ikun dak li ħaddieħor mhuwiex, u jagħmel dak li ħaddieħor mhux imsejjaħ biex jagħmel. Meta jien trasparenti miegħi nnifsi, u nagħraf l-identità partikolari tiegħi, imbagħad iseħħ dak li naqraw f’Shakespeare: 

“Fuq kollox dan – kun veru miegħek innifsek, 
U jirriżulta, bħalma l-lejl wara n-nhar jiġi, 
Illi ma tkun falz ma’ ebda bniedem ieħor.”

Mhux biss għandi d-dritt insir individwu, imma aktar minn hekk, għandi obbligu sagru biex nilħaq dan l-għan. Ma nista’ nagħti ebda kontribut sinifikanti fl-iżvolġiment tal-istorja jekk ma nwettaqx dil-vokazzjoni smewwitija tiegħi. Il-viżjoni tiegħi ma tibqax ambigwa, anzi, issir luċida u tippressa fuqi meta nittawwal f’qalbi, għax bħalma l-bniedem jaħseb f’qalbu, hekk hu. Min iħares ’il barra, joħlom. Min jixref fuq ġewwa, jistenbaħ. 

Mela, aktar ma nkun fidil miegħi nnifsi, inkun jien u mhux fotokopja ta’ ħaddieħor, aktar inqarreb lejn il-bersall. Mill-mument li naċċetta lili nnifsi kif jien, it-toqol kollu, ir-remiżolji fixkiela, l-avversità qalila, jidħlu fil-perspettiva tagħhom, u l-konundru nsiblu tarfu. Il-ħajja ssir ferħ pur distillat, btala ta’ dwal, aurora borealis. 

Riżolviment: Ħa nkun jien innifsi, għax min isib lilu nnifsu jinfatam mill-miżerja. 

Proġett: Għal dawn il-ġimgħat li ġejjiin neżerċita lili nnifsi biex niddetermina s-suċċess tiegħi, mhux billi nikkompara lili nnifsi ma’ nies oħra, imma aktarx billi nqabbel il-kisbiet tiegħi mal-kapaċitajiet tiegħi. Nilħaq il-mira biss meta nagħmel l-aħjar b’li għandi, jum wara jum. 

Ispirazzjoni: “Kull bniedem imissu jfittex bil-mod tiegħu biex jagħmel lilu nnifsu aktar nobbli u jirrealizza d-den veru tiegħu” (Albert Schweitzer, missjonarju mediku Franċiż). 

Mela abbasso l-biża’ u t-twerwir! Ħa nterraq il-mogħdija waħdi, jekk hemm bżonn, imbasta naf li hi l-mogħdija tiegħi. Nixmi matulha, twassalni fejn twassalni; ma rridx inħossni li qed insegwi l-passi ta’ xi ħadd – ħlief ta’ Ġesù. Għax bħalma t-trasgressjoni tiegħi kienet magħduda bħala t-trasgressjoni tiegħu fuq il-Kalvarju, hekk il-Via Crucis saret il-vija tiegħi, u l-ħajja tal-irxoxt tiegħu l-ħajja tiegħi. Hekk inkun illiberat mil-labirint li jwassal biss għad-disprament.

Talba: “Tini l-għerf u d-dixxerniment, Missier, ħalli nkun naf id-den veru tiegħi, u ma nintilifx. Int tajtni t-tagħrif, biex b’dawlu mhux biss inqimek, imma wkoll nara lili nnifsi fid-dgħufija u s-saħħa tiegħi. Skont il-grazzja mogħtija lili mmotivani biex nuża d-doni tiegħi għall-avvanz ta’ sħabi u ħuti, kif ukoll għas-sebħ tiegħek. F’isem Ġesù Ibnek, ħa jkunli dan.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...