Skip to main content

Il-Kelma bil-Kuraġġ

“Meta ġejt għandkom, l-aħwa, jien ma ġejtx innidilkom ix-xhieda t’Alla b’superjorità ta’ diskors jew ta’ għerf. Għax iddeterminajt li ma nkun naf ebda ħaġa fostkom ħlief lil Ġesù Kristu, u lilu imsallab. Jien kont magħkom bi dgħufija u b’biza’, u b’ħafna tregħid. Il-messaġġ u l-predikazzjoni tiegħi ma kinux bi kliem persważiv ta’ għerf, iżda f’dimostrazzjoni tal-Ispirtu u tas-setgħa, sabiex il-fidi tagħkom ma tkunx tistrieħ fuq l-għerf ta’ bnedmin, iżda fuq is-setgħa t’Alla” (1 Korintin 2:1-5).

Kif nittrasmettu l-bxara t-tajba huwa kruċjali. Ma naffordjawx nippermettu l-moda filosofika moderna tiddettalna l-kontenut tal-messaġġ jew il-metodoloġija kif se nikkomunikawh. 

Biex nillustra: kappella ċkejkna f’raħal Ingliż kellha l-ħitan tagħha miksija bil-liedna tradizzjonali. Fuq l-arkata tal-bieb kellha mnaqqxa s-sentenza Pawlina, “Aħna nippritkaw lil Kristu msallab.” Ġenerazzjoni ta’ nies twajba hekk għamlet, preċiżament: xejn u ħadd ma seta’ jfixkilhom milli jgħallmu lil kulħadd li l-bniedem hu magħdud ġust quddiem Alla bil-fidi fi Kristu, li għamel tpattija perfetta għal dnubietna, u mhux bl-ubbidjenza tagħna għal-liġi. 

Iż-żminijiet inbidlu. Il-liedna baqgħet tikber u ksiet l-aħħar kelma. Issa l-iskrizzjoni saret taqra hekk: “Aħna nippritkaw lil Kristu.” Il-kongregazzjoni kienet sodisfatta illi tisma’ dwar Kristu bħala l-Eżempju tagħna, Kristu l-Għalliem Ideali, Kristu l-Umanitarju. 

Insebqu xi snin oħra, u l-liedna baqgħet tiffjorixxi sakemm l-iskrizzjoni ġiet tgħid hekk: “Aħna nippritkaw.” U veru, għax is-suġġetti koperti f’dik il-kappella kienu diversi: in-nies drat tisma’ dwar il-vanġelju soċjali, dwar l-ekonomija, ir-rwol tal-mara fil-politika, reċensjonijiet dwar kotba ppubblikati, insomma, dwar elf tema taħt is-sema. 

Jekk ma ngħassux fuqna nfusna, kemm faċilment nistgħu nirrigressaw! Pawlu jisħaq ma’ sieħbu, “Ipprietka l-kelma; sus fi żmienu u barra minn żmienu; ikkonvinċi, ċanfar u inkuraġġixxi – b’paċenzja kbira u tagħlim” (2 Timotju 4:2). Fejn hi l-enfasi tagħna llum? M’aħniex inkarigati biex inxandru s-soċjoloġija, imma s-salvazzjoni; mhux l-ekonomija, iżda l-evanġelju; mhux ir-riforma, iżda r-ridenzjoni ta’ Kristu; mhux il-kultura, imma l-konverżjoni; mhux il-progress tal-gnus, iżda l-propizjazzjoni bis-salib tal-Kalvarju; mhux ir-rivoluzzjoni, imma r-riġenerazzjoni tal-Ispirtu; mhux organizzazzjoni ġdida, iżda ħolqien ġdid fi Kristu; mhux id-demokrazija, iżda s-saltna t’Alla; mhux iċ-ċiviltà, imma ċ-ċentralità ta’ Kristu. 

Filwaqt li nixtiequ nkunu diplomatiċi, essenzjament aħna ambaxxaturi tas-Sultan; il-messaġġ fdat lilna mhuwiex għad-diskussjoni, mhuwiex abbozz għall-approvazzjoni tal-esperti. Diġà għandu t-timbru u s-siġill irjali. 

Talba: “Mulej Ġesù, lilek ingħatat kull awtorità fis-sema u fl-art. Kmandajtna nwettqu ministeru f’ismek. Tħalliniex allura nkunu mgerrxa jew intimidati mill-għadu, aktar u aktar meta nafu li d-disfatta tiegħu hi ċerta. Agħtina li nitkellmu Kelmtek bil-konfidenza, b’dipendenza fuqek, b’imħabba lejn in-nies.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...