Skip to main content

Mosè Mudell

“Bil-fidi Mosè, meta twieled, kien moħbi għal tliet xhur mill-ġenituri tiegħu, għax raw li t-tifel kien sabiħ, u ma beżgħux mill-editt tas-sultan. Bil-fidi Mosè, meta kiber, irrifjuta milli jkun imsejjaħ iben bint Faragħun. Ħatar aktarx li jkun immaltrattat mal-poplu t’Alla milli temporanjament ikollu t-tgawdija tad-dnub. Ikkonsidra l-għajb ta’ Kristu bħala għana ikbar mit-teżori tal-Eġittu, għax kien qed iħares lejn il-premju. Bil-fidi ħalla l-Eġittu warajh, bla ma beża’ minn għadab is-sultan, għax issaporta, bħallikieku qed jara lill-Inviżibbli. Bil-fidi għamel l-Għid u t-traxxix tad-demm, sabiex il-qerried ma jmissx il-primoġeniti tagħhom.” (Ebrej 11:23-28).

Id-dnub hu kkastigat bid-dnub. Sikwit Alla sempliċement iħalli r-reprobati jgħassdu aktar fl-inikwità li fiha xibilku lilhom infushom, bla rażan. Aktar ma wieħed jogħdos fil-konkupixxenza u l-laxxivja aktar jitmewwet għas-safa u l-qdusija. Bħalma l-lebbruż ma jibqax iħoss l-uġigħ tal-ġrieħi, hekk ukoll jitlef is-setgħa biex japprezza l-ġmiel tal-virtù u fl-istess ħin ma jiddiżgustax ruħu aktar bl-abominazzjonijiet tal-vizzju. Il-prattika tal-ħażen tista’ tiżviluppa fi speċi ta’ reliġjon. Timplika mhux biss ħajra u sentiment, imma wkoll intelliġenza u intenzjoni deliberattiva. 

X’invenzjoni dijabolika kienet “il-bewsa tal-verġni,” implimentata fl-antik mill-padri tal-Inkwiżizzjoni! Il-povru vittma kien jisfa mbottat biex ibus ix-xbieha, meta, ħabta u sabta, dirgħajha jħaddnuh fi tħaddina fatali, u ttaqqablu ġismu bi xfafar innumerabbli, misturin fiha. Hekk il-pjaċiri midinba joffru propjament dit-tali bewsa tal-verġni. L-heniet vulgari tal-laħam iwasslu, imqar f’did-dinja, għal riżultati l-aktar imwiegħra, mentri fid-dinja li ġejja l-istalletti tar-rimors u d-disprament ifieru u jqattgħu lil hinn minn kull rimedju. 

Frattant it-twissijiet min qed jagħti kashom? Mosè ħa azzjoni f’waqtha, ibbażata fuq deċiżjoni għaqlija. Frattant il-qagħda ta’ ħafna mhix wisq aħjar minn ta’ far maqbud fin-nassa. Bi skerz inqabad minn denbu, u l-povra ħlejqa baqgħet tiekol il-ġobon. L-impenitenti jagħmlu l-istess; jafu li huma ħatja u jinsabu mwerwra mill-kastig, u xorta waħda jibqgħu jgerrmu d-dnubiet maħbuba tagħhom, li jġibuhom f’rovina finali.

Imma dan mhux kollox. Virtù kkalkolat, imkewwes bil-kuċċarina, għandu wkoll min-natura tal-vizzju. Ultimament, in-nies twajba huma twajba minħabba li huma maħtura bħala reċipjenti tal-ħniena divina. Fihom hemm operattiva l-grazzja, ineffabbilment, effettivament u misterjożament. Il-grazzja biss tagħmel id-differenza ultima. Għalhekk, meta t-twajba, matul is-serriegħa tagħhom fl-arena, josservaw kif telaqhom il-vizzju, m’għandhomx b’daqshekk jikkongratulaw lilhom infushom bħallikieku huma telqu l-vizzju. 

Għax id-dnub jista’ jeżawrixxi ruħu, u t-tiġrija toqrob lejn tmiemha, u ż-żmien jasal għall-konsumazzjoni tiegħu, u kull bżonn jintlaħaq, imma l-ħniena ddum għal dejjem.

Talba: “Mulej ħanin, int ma tistmaniex bħala lsiera iżda bħala ħbiebek; urejtna mqar x’hemm jistenniena fil-futur. Kellimtna dwar l-eternità u l-immortalità tar-ruħ, kif ukoll dwar ir-resurrezzjoni ta’ ġisimna fl-aħħar jum. Tħalliniex naraw sa xiber imneħirna. Għallimna ngħixu fid-dawl tal-eternità. Hekk ikun.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...