Skip to main content

Il-Mezzi tal-Grazzja

“‘B’ħafna kliem ieħor xehed solennement u kompla jeżortahom, billi qal, “Kunu salvati minn dil-ġenerazzjoni perversa!’ Għalhekk dawk li aċċettaw kelmtu tgħammdu, u żdiedu dak il-jum madwar tlett elef ruħ. Iddedikaw irwieħhom għat-tagħlim tal-appostli u għax-xirka, fi qsim il-ħobż u fit-talb. Kull ruħ inħakmet mit-timenza, u kienu jsiru qabda għeġubijiet u sinjali mirakolużi permezz tal-appostli. Dawk kollha li emmnu kienu flimkien u kellhom kollox komuni” (Atti 2:40-44).

Meta Eliżew idderieġa lil Nagħman biex jinħasel mill-ġdiem tiegħu fix-Xmara Ġurdan, il-ġeneral Sirjan għall-ewwel tkaża b’dan ir-rimedju, u qabad jikkavilla. “X’inhu l-Ġurdan biex ninħasel fih?” U ġab ukoll l-argument li x-Xmara Farfar f’pajjiżu hi aktar nadifa, u sebaħ u dalam. 

Ħafna nies illum jagħmlu l-istess bil-mezzi tal-grazzja. “X’inhu l-ippritkar biex nattendih? Qatt ma nisma’ xi ħaġa li ma nkunx diġà naf biha!” U inkwantu s-sagramenti għandhom l-istess atteġġjament fjakk. “X’inhuma dawn l-elementi foqra tal-ilma, il-ħobż u l-inbid?”

Dawn u oħrajn simili huma r-raġunamenti ta’ ruħ li tinsa min ħatar dawn il-mezzi biex insostnu lilna nfusna spiritwalment. Jidhrilhom li huma egħref mill-Omnixjenti li s-sapjenza tiegħu hi bla tarf. U sikwit, jekk jippersistu f’għama stinata, jittraskuraw milli jimplimentaw dawn il-mezzi, u qabel ma jirrealizzaw isiru bla ħajra fid-doveri tagħhom. 

Ħa ma niddisprezzawx kulma tana Alla; ladarba hu għad-dispożizzjoni tagħna, nagħmlu użu denju minn kull mezz, sew jekk privat jew inkella pubbliku. Daqskemm ġisimna ma jkampax bla ikel, hekk ruħna ma tvinċix mingħajr il-mezzi li Alla jogħġbu jbierek għalina. Huma l-mod kif Missierna jsawwab il-grazzja fejn hi assenti, u jkabbarha fejn diġà hi preżenti. 

Talba: “Hu għajb għalija, Mulej, jekk nassumi li nista’ ngħaddi mingħajr l-għajnuniet illi ħtart għall-avvanz spiritwali tiegħi. Agħtini xenqa għalihom; għallimni nużahom sewwa, biex bit-tħaddim regolari tagħhom, bil-fidi u mħabba lejk, nimmatura fit-taqdis u ngawdi xirka aktar intima miegħek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...