Skip to main content

Il-Fqir u s-Sinjur

“Min jgħakkes lill-fqir jagħmel għajb lill-Ħallieq tiegħu, izda min iweġġħu jħenn għall-miskin. Min jidħaq bil-fqir jgħajjar lill-Ħallieq tiegħu, u min jifraħ bil-ħsara ma jeħlishiex ħafif. Aħjar il-fqir li jimxi fis-sewwa tiegħu, minn wieħed imħassar fi kliemu, u iblah. Dak li hu mixtieq fi bniedem hu t-tjieba tiegħu, u aħjar fqir minn wieħed giddieb” (Proverbji 14:31; 17:5; 19:1,22). 

Id-dinja normalment tqis il-valur ta’ persuna skont il-ġid li jippossiedi, il-ħwejjeġ li jilbes u l-karozza li jsuq. Alla għandu kriterji differenti; ma jkejjilx u ma jqisx bħalma tagħmel il-massa tan-nies. Alla jistmana skont il-karattru tagħna. Sta għalina, allura, illi nitgħallmu nistmaw bil-valuri t’Alla.

Luteru darba qal, “Inroddlok ħajr, O Alla! illi għamiltni raġel fqajjar fuq l-art.” Meta l-elettur bagħatlu rigal prestiġjuż, kitiblu lura illi ma setax jirrifjuta dak li ngħatalu mill-prinċep, imma raħħam lill-altezza tiegħu biex ma jibgħatlu xejn aktar, u ma jagħtix widen għal dawk li jgħidulu li kellu x’jambi xi ħaġa, għax ma kien nieqes minn xejn. Qallu wkoll li xi ħadd bagħatlu sittin fjorin (madwar tletin dollaru) u ħabat jitbeżża’ li ma jkunx magħdud fost dawk li sehemhom hu f’did-dinja. 

Il-fqir hu nieqes minn ħafna kumditajiet, imma l-faqar mhuwiex diżunur. Mhux importanti jekk għandikx il-għana profuż ta’ did-dinja. L-importanti quddiem il-Mulej hi l-imġiba tiegħek. Aħjar tkun fqir u tgħix sewwa f’konformità mar-rieda divina milli tkun sinjur fl-għana u fallut fl-opri tajba. Dan tal-aħħar hu iblah u mħassar f’għajnejn il-Mulej.

Xandar tal-Kelma appella hekk lill-kongregazzjoni: “O intom ulied il-faqar u t-taħbit, nisel l-isfortuna u l-għali! Alla jistmakom wisq aħjar milli taħsbu. Bħalissa taraw biss naħa waħda tal-velu; u n-naħa viżibbli hi mxaqqa bil-gwaj, u mtektka bl-avversità. Iżda hemm naħa oħra. Fuq in-naħa inviżibbli hemm uċuħ l-anġli u t-tbissima t’Alla. Il-pjanijiet tagħkom huma sikwit abortiti, u forsi tiġikom it-tentazzjoni taħsbu illi l-Mulej hu mqit magħkom. In-negozju tagħkom jitħabbel f’avvenimenti illi jġegħluh jixxiftja, bla ma tafu kif u x’fatta. Skalda tiknes il-ftit ġid tagħhom f’kolp wieħed; tgħoddu l-qagħda tagħkom bħala skabruża, u titniegħdu. O segwaċi ta’ Ġesù, intom u tibku ħarsu! Fidili fost l-isfortuna, issommaw lejh! Il-kuruni tagħkom qed ifaddlu l-leqqa. L-arpi tagħkom qed jiġu kkordati biex isemmgħu battuti oħla u melodiji aktar hienja. Il-provi tagħkom jixħtu dellijiethom fuq il-ħitan tal-għamara smewwitija tagħkom. Ara, huma trasformati fi xbihat ta’ ġmiel serafiku li jiddi brillanti għal dejjem.”

Frattant Alla jitlob minna li naħarbu mill-ħażen, u nsusu wara l-qdusija b’qalbna kollha. Dan l-iskop jista’ jintlaħaq mis-sinjur u l-fqir.

Talba: “Sinjur Alla, setgħani u sovran, m’hemm ħadd u xejn indipendenti minnek. Huwa int li tagħmel il-bniedem jara jew għami, intelliġenti jew injorant, għani jew fqajjar. Tħallina niddisprezzaw lil ħadd u lanqas inkunu indifferenti lejn il-proxxmu; anzi, agħtina d-dehen biex nagħrfu lilek fin-nies li nagħmluha magħhom minn jum għall-ieħor. Ammen.”

Comments

Anonymous said…
I dette livet fortjener vi alle å være lykkelige i ekteskapet vårt. ekteskap er for bedre tid og verste tid, ekteskap er for begge foreldre å vokse sterke og oppdratt barnas sammen. dette er noe alle ekteskap trenger. Jeg er takknemlig for hjelpen DR WALE gir meg og mannen min ekteskapet vårt var på det tidspunktet kollapset mannen min bidro ikke til ting vi gjør i huset lenger, han tar alltid opp alle slags unnskyldninger, han bryr seg ikke engang om barna våre lenger. Da jeg begynte å legge merke til den morsomme oppførselen hans, var jeg rask med å fortelle en venn som introduserte meg for DR WALE, og fortalte deretter DR WALE om problemene mine i ekteskapet mitt. Er rett derfra DR WALE fortalte meg alt som trengs for å gjøres jeg gjorde alt han ba meg om å gjøre jeg betalte også for varene han ba meg om. mens jeg skriver dette vitnesbyrdet nå har min lykke blitt gjenopprettet og jeg og mannen min er nå lykkelige sammen. Hvis du er i DR WALE-hjelp, kontakt ham på WhatsApp/Viber: +2347054019402 eller e-post: drwalespellhome@gmail.com

Popular posts from this blog

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

Rebbieħa Ma' Kristu

“Madankollu għandi naqra ħwejjeġ kontra tiegħek: għandek hemmhekk nies li jżommu mat-tagħlim ta’ Balgħam, li għallem lil Balak biex jitfa’ ostaklu quddiem ulied Iżrael, ħalli jieklu ikel sagrifikat lill-idoli, u jiffornikaw. Hekk int għandek ukoll lil dawk li bl-istess mod iżommu mat-tagħlim tan-Nikolajtin. Indem mela! Altrimenti se niġi għandek malajr u nikkumbatti kontrihom bix-xabla ta’ fommi. Min għandu widna, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes. Lil min ivinċi nagħtih mill-manna l-moħbija. Nagħtih ukoll ġebla bajda, u fuq il-ġebla isem ġdid miktub li ħadd ma jafu ħlief min jirċeviha” (Rivelazzjoni 2:14-17). Qalb tiegħi, tqanqal biex tippersevera fit-taqbida qaddisa, għax il-premju tar-rebħa hu kbir. Illum nieklu mill-ikel smewwieti li jaqa’ madwar il-kampijiet tagħna, l-ikel li dejjem imantni ’ll-pellegrini fi triqthom lejn il-Kangħan. Iżda hemm merfugħ għalina fi Kristu Ġesù ikel spiritwali wisq ogħla, ikel li għalissa għadu moħbi mill-esperjenza tagħna. Fil-ġarra deh