Skip to main content

Mixja Mal-Mulej

“Issa kien hemm xi Griegi fost dawk li telgħu sabiex jaduraw fil-Festa. Dawn marru għand Filippu, li kien minn Betsajda fil-Galilija, u rrikjestawh, ‘Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.’ Filippu mar u qal lil Indrì, imbagħad Indrì u Filippu marru u qalu ’l Ġesù. Ġesù weġibhom, ‘Waslet is-siegħa illi jkun igglorifikat Bin il-Bniedem. Tassew, tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ li taqa’ fl-art ma tmutx, din tibqa’ waħidha, imma jekk tmut tipproduċi qabda frott’” (Ġwanni 12:20-24).

Il-grandizza mondana taħkem fuq il-moħħ naturali, iżda meta tabilħaqq naraw lil Ġesù, bil-fidi, inkunu rridu nwarrbu minna ġugarelli tat-trabi. Għandna s-Sid smewwieti, infinitament superjuri għall-frugħat baxxi, li jgħaddu. L-essenza tal-evanġelju, l-hena tal-midinbin u l-glorja ta’ kull kredenti tikkonsisti f’did-dehra. 

X’inhi l-ħajja mingħajrha? Tlifna kull ġustizzja, qdusija u hena, fina nfusna; imma hawn nilmħuha lkoll, bil-Ġenna u l-glorja magħhom, restawriti għalina fi Kristu. O x’jum hieni meta għall-ewwel darba stmajna bħala prezzjuż lis-Salvatur li resaq lejna u sar il-bidu u t-tmiem tal-fidi tagħna! Kien bidu ġdid ta’ barka eterna. Il-Ġenna nħolqot fina. U allura x’jagħmel dis-sena tajba u mimlija risq jekk mhux Ġesù, li jimxi magħna fit-triq, bħalma mexa rxoxtat terraq ma’ Kleofa u sieħbu lejn Emmaws?

Mingħajr dil-vista tal-fidi ma nistgħux nisserrħu mit-toqol tad-dnub u l-ħtija. Ruħna tibqa’ miżerabbli. Is-soċjetà ma toffrielna ebda feliċità reali. Il-ħsieb tal-mewt jittormenta, u l-ġudizzju finali jimlina bi twerwir u terrur. Iżda kemm huma beati dawk il-midinbin li kapaċi jbierku lil Alla flimkien ma’ Xmun u jgħidu, “Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek!” (Luqa 2:30). 

Talba: “Imxi magħna, Mulej, inkella aħna mitlufin. Żommilna jdejna, inkella nogħtru. Kun dejjem qribna; m’aħniex kapaċi nfendu għal rasna. O li nkunu mbierka b’komunjoni ħelwa miegħek hekk kif inti taqsam Kelmtek magħna, tfissirielna u tapplikahielna għal ħtiġijiet ta’ ruħna. Saħħaħna u wassalna fid-destinazzjoni mixtieqa, għal ġieħ ta’ ismek stess. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...