Skip to main content

Il-Liġi t'Alla ġewwa Fik


“Henjin dawk li triqthom bla ħtija, li jimxu fil-liġi tal-Mulej. Henjin dawk li jħarsu x-xhidiet tiegħu, u jfittxuh b’qalbhom kollha. U wkoll ma jagħmlux ħażen; huma jimxu fi triqatu. Inti kkmandajtna biex inħarsu l-preċetti tiegħek bir-reqqa. O li kieku triqati kienu dritti biex iħarsu l-istatuti tiegħek! Imbagħad ma nistħix meta nħares il-kmandamenti tiegħek kollha. Infaħħrek b’qalb safja, meta nkun tgħallimt id-digrieti ġusti tiegħek. Inħares l-istatuti tiegħek: la titlaqnix għalkollox” (Salmi 119:1-8).

Filwaqt li s-salmista jesprimi mħabbtu lejn il-liġi u xewqtu biex jobdiha, jirrikonoxxi wkoll il-fallimenti tiegħu. L-istess jien. Elementi ta’ lment u petizzjoni huma minsuġa flimkien ma’ espressjonijiet ta’ konfidenza u innoċenza. Il-liġi hija l-mirja, l-espressjoni fidila tal-karattru t’Alla. Alla bagħat ’l Ibnu biex iżomm il-liġi għalina. Il-liġi ma tistax tikkundanna lill-fidil; hu meħlus mis-saħta tagħha. Il-liġi hija l-gwida tiegħu biex jogħġob lill-Feddej li miet minfloku.

“Henjin!” jibda s-salm. Hija r-rieda t’Alla li b’għaqal infittxu l-hena tagħna nfusna. Diretta minn Alla u subordinata għar-rieda tiegħu, l-hena personali hi naturali. Alla oriġinarjament ħalaq lill-bniedem għaref, ġust u qaddis, u allura hieni. Alla sikwit jappella għal das-sens fina ta’ beatitudni. Imma l-ewwel pass lejn l-hena reali u dejjiema neħduh meta nsiru qaddejja sinċiera u abitwali ta’ Alla l-Ogħla, skont l-Iskrittura. “Henjin dawk li triqthom bla ħtija, li jimxu fil-liġi tal-Mulej. Henjin dawk li jħarsu x-xhidiet tiegħu, u jfittxuh b’qalbhom kollha.”

Nieħdu l-Iskrittura, biex taffettwana! Importanti nkunu realistiċi! Ma niggwadanjaw xejn jekk nagħmlu l-Iskrittura s-suġġett tad-diskors tagħna; irridu nagħmluha r-regola ta’ ħajjitna. Hawnhekk niftakar li l-persuna l-aktar diffiċli biex toqgħod għall-korrezzjoni tal-Kelma hija jien innifsi. Jekk m’aħniex trasformati minnha, x’jiswielna? Jekk m’aħniex dixxipli distintivi ta’ Ġesù, fiex aħna differenti minn nies tad-dinja?

Għalkemm m’hemm ebda bniedem li ma jidnibx, madankollu dawk li jaħarbu lejn Alla, li jurina u joffrielna l-grazzja tiegħu fi Kristu, biex jiksbu l-maħfra ta’ kuljum, u jirregolaw ruħhom biex jobdu d-direttivi tiegħu kif imniżżla f’Kelmtu, huma stmati mhux bħala ħaddiema tal-ħażen, imma bħala nies li jinsabu miexja lejn dar il-Missier, avolja mfixkla bid-debolizza.

Mela, skont l-Iskrittura, teżisti tjieba ġenwina. Hemm klassi ta’ nies li fuqhom id-dnub ma jiddominax. Alla jaf b’Natanael, u b’Żakkarija u Eliżabetta, li “ħarsu l-kmandamenti kollha u l-preċetti tal-Mulej bl-ebda nuqqas” (Luqa 1:6). Huma mgħallma minn Alla: dik l-unika spjegazzjoni.

Talba: “Alla Missieri, għallimna int, u navvanzaw ’il quddiem. Dawlilna moħħna, u nixmu fid-dawl. Agħtina illi nivvalutaw ’il Kelmtek fl-ogħla grad possibbli, għax int stabbilejt ismek u Kelmtek għal dejjem fis-smewwiet. Oħloq fina ġuħ għal Kelmtek biex inkunu sodisfatti biha biss, billi noduha għall-glorja tiegħek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...