Skip to main content

Ir-Ragħaj Irjali

“‘F’mergħa tajba nirgħakom, u l-maqjel tagħhom ikun fuq il-muntanji għoljin ta’ Iżrael; hemm jinxteħtu f’maqjel tajjeb, u f’mergħa bnina jirgħu fuq il-muntanji ta’ Iżrael. Jien stess nirgħa l-merħla tiegħi, u jien stess nagħtihom is-serħan,’ jgħid Sidi l-Mulej. ‘Infittex il-mitlufin, u l-imxerrdin inreġġagħhom lura; il-miġruħin norbtilhom il-ġrieħi, u l-morda mqawwihom, iżda s-smien u l-qawwijin neqridhom; nirgħahom bil-ħaqq” (Eżekjel 34:14-16).

Taħt il-Mulej bħala r-ragħaj, il-qaddisin jingħalfu kemm suppost. It-tagħam tagħhom mhux it-taħwid filosofiku, prodott tal-moħħ uman. Ma jemmnux li l-bniedem hu l-miżura ta’ kollox, iżda jistqarru lil Sidhom bħala l-bidu u t-tmiem ta’ kollox. Jagħrfuh bħala s-sors tal-verità. Ma jiddeterminawx il-verità skont kif jaħsbuha, bħalma jagħmlu r-razzjonalisti. Ma jaslux għall-verità skont kif iħossuha: mhumiex mistiċi. Lanqas jiddeċiedu l-verita mill-esperjenza tagħhom: mhumiex empiriċisti. Finalment, lanqas mhuma msejħa biex ikunu tradizzjonalisti, biex jibilgħu kulma tgħallmu minn tfulithom. 

Aktarx, huma nies li jirċievu l-Iskrittura bħala l-verità t’Alla. Il-Mulej jagħlifhom il-verità sostanzjali u solida tar-rivelazzjoni divina tiegħu. Fl-Iskrittura nsibu nutriment ġenwin għar-ruħ, ippreżentat lilna mill-Ispirtu s-Santu. Ġesù nnifsu hu l-ikel għall-fidili, li jsostnihom. Hawnhekk ir-Ragħaj il-Kbir iwiegħed li dan in-nutriment sagru jingħatalna minnu stess. Permezz tal-presbiteri maħtura minnu fuq il-ġemgħat tiegħu, jagħtina l-ikel meħtieġ għar-ruħ. 

Meta l-moħħ ikun mimli bil-verità qaddisa, jistrieħ. Dawk li Jaħwe jitma’ jgawdu s-sliem. Ebda kelb ma jinkwetahom, ebda dib ma jiblagħhom, u ebda gwaj ma jiddisturbahom. Jimteddu u jmaxtru l-ikel bnin. Id-dottrini tal-grazzja mhux biss isostnuna, iżda jikkonslawna: fihom għandna l-mezzi biex ninbnew u nistrieħu. 

Jalla l-Mulej illum jagħtina li nieklu mill-mergħa tal-Kelma tiegħu, u jistedinna nimteddu fihom. Ħalli dil-ġurnata tkun immarkata bil-meditazzjoni u sliem, minflok bluha, tfexfix u nkwiet.

Talba: “Mulej, għand min immorru? Int għandek il-kliem tal-ħajja eterna. Ebda fonti, ebda għajn oħra ma tissodisfana. Iffriskalna ruħna b’Kelmtek, għax biha taħjina u tirrestawrana, tfarraġna u tinkuraġġina. Agħmel li ma tgħaddix ġurnata mingħajr ma nfittxuha aktar milli nfittxu l-ħobż għal żaqqna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...