Skip to main content

Kristu Hu Kollox!

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu – tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd” (Kolossin 3:8-11).

“Kristu hu kollox.” X’dikjarazzjoni tremenda u solenni! X’feliċità tikbes f’kull ħobb ta’ nies li jafuh u jagħrfu x’ifisser għalihom! 

Jekk matul il-jum ix-xemx tiddi fis-sema, Kristu hu msejjaħ ix-Xemx tal-Ġustizzja. Jekk billejl u qed tara l-kwiekeb, Kristu hu msejjaħ Kewkba, il-Kewkba li toħroġ minn Ġakobb. Jekk hu bi nhar, hu msejjaħ il-Matutina. Jekk hu nofsinhar, u d-dinja tinsab mgħarrqa f’dawl fejjieqi, Kristu hu “dak id-dawl li jdawwal lil kull bniedem li jiġi fid-dinja” (Ġwanni 1:9). Jekk tosserva n-nagħaġ fuq l-għoljiet, Kristu hu dik in-nagħġa mbikkma quddiem min iġiżżha. Jew jekk tara l-ħrief, ara, Kristu hu l-Ħaruf t’Alla, li jġorr fuqu nnifsu d-dnub tad-dinja. Jekk tixħet ħarstek fuq ir-ragħaj, Kristu jridna nkunu nafu li hu “r-Ragħaj it-Tajjeb.” Jekk tara funtana, Kristu hu l-funtana ta’ kull grazzja. Jekk tara x-xmara, Kristu hu x-xmara tas-sliem mingħand il-Missier. Jekk tara l-ilmijiet, Kristu hu dak l-ilma li jaqta’ l-għatx. Jekk tara l-ħobż, iva, Kristu hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema. 

L-akbar ġennata hi tal-apostat, li jabbanduna lil Kristu għad-dinja, iħalli t-teżor imprezzabbli għal żgangilla, jerħi l-eternità biex jaqbad mal-mument, jitlaq ir-realtà biex jiggranfa ma’ dell. Għax Kristu hu kollox, u f’kollox! Hi addizzjoni distruttiva meta fil-fidi tiegħek iżżid xi ħaġa ma’ Kristu.

Talba: “Mulej Ġesù, int suffiċjenti għal ruħi; anzi, int kollox għalija. Aħfirli meta ninsa jew nittraskura r-rabta tiegħi miegħek, li int stess stabbilejt bejnietna. Ħaddanni miegħek; irrid nibqa’ fik. Eqred fija l-fdal ta’ ġenn u bluha. Żommni taħt ħarstek; għallimni nitpaxxa bil-ġmiel u l-eċċellenza tiegħek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...