Skip to main content

Tħott jew Tibni?

“Min hu bla sens imaqdar lil għajru, iżda l-bniedem tal-għaqal jiskot. Kull min imaqdar il-kelma jgħarraq lilu nnifsu, iżda min iweġġaħ il-kmand jitħallas. Min imaqdar lil għajru, jidneb, iżda min iħenn għall-imsejken, imbierek hu. Malli jiġi l-ħażen jiġi t-tmaqdir ukoll; u mal-għajb it-tgħajjir” (Proverbji 11:12; 13:13; 14:21; 18:3). 

Alla jfakkarna fi dnub li sikwit jgħaddi bħallikieku trivjalità. Int u jien jeħtieġ nieqfu, naħsbu u naraw jekk aħniex ħatja quddiemu f’dar-rispett.

It-tmaqdir differenti minn meta tgħid lil xi ħadd id-difetti tiegħu, bi spirtu manswet u b’tama sinċiera li jirranġa. Huwa test sever ta’ kull ħbiberija illi tasal biex tgħarraf lil ħabibek id-difetti tiegħu. Jekk tkun inkorlat ma’ xi ħadd, jew tobogħdu, mhu xejn diffiċli tmur fuqu u tidorbu bi kliemek, tagħtih ċamata kif tmiss il-liġi.

Meta tħobb lil xi ħadd, però, hekk li ma tissaportix tara t-tebgħa tad-dnub fuqu, u tikkunsillah bi kliem mimli mħabba u konsiderazzjoni – din hi ħbiberija. Ftit għandhom ħbieb dil-kwalità. Normalment huma l-għedewwa tagħna li jgħallmuna x’aħna u juruna d-disfatti tagħna, bil-ponta tas-sejf. 

“Min imaqdar lil għajru jidneb.” Tmaqdar ifisser tgħid kontra xi ħadd, tikxef id-difetti u l-iżbalji, reali jew apparenti, ta’ ħaddieħor. Meta kienet l-aħħar darba, meta bla ma taf kif, bdejt titkellem kontra għajrek? Jew qgħadt tisma’ lil xi ħadd jikkritika lil ħuk bla raġuni valida? Sieħbi, dan nuqqas serju. Jekk tabilħaqq irridu ninbnew fuq il-Kelma soda t’Alla, kemm se ndumu nisimgħuha bla ma nobduha? “Min imaqdar lil ħuh jidneb.”

Talba: “Missier, urini d-differenza bejn tmaqdir u korrezzjoni, bejn tgħajjir bla sens u kritika kostruttiva, ħalli fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna nkunu qed inservu ta’ ġid u mhux ta’ ħsara. Ħa jkun ilsienna dejjem imħawwar bil-melħ, biex nagħtu grazzja lil min jismagħna, f’ġieħ Kristu Ibnek.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...