Skip to main content

Il-Misterju tal-Fidi Tagħna

“Imma wara li rrifletta fuq dan, anġlu tas-Sid deherlu f’ħolma. ‘Ġużeppi, Bin David,’ qallu, ‘tibżax tieħu ’l Marija bħala martek, għax dak imnissel fiha hu mill-Ispirtu s-Santu. Hi se tiled iben, u int issejjaħ ismu Ġesù, għax hu se jsalva ’ll-poplu tiegħu minn dnubiethom.’ Issa dan kollu ġara sabiex titwettaq il-ħaġa mitkellma mis-Sid permezz tal-profeta, meta qal: ‘Ara, il-verġni titqal u tiled iben jsejħu ismu Emmanwel,’ (li tradott ifisser, ‘Alla magħna’). Xħin Ġużeppi stenbaħ mir-raqda, għamel bħalma ordnalu l-anġlu tas-Sid, u ħadha għandu bħala martu. Iżda ma kellu ebda unjoni konjugali magħha sakemm wildet iben; u sejjaħ ismu Ġesù” (Mattew 1:20-25). 

Kulma Alla l-imbierek għallimna fl-Iskrittura nilqgħuh bħala ikel għal ruħna. Din hi t-tweġiba sempliċi u inkonfutabbli tagħna lill-ispirtu sekulari u lid-disputant ta’ daż-żmien. Ma nistgħux u lanqas aħna msejħin nifhmu kif Alla l-Iben, bl-inkarnazzjoni, għammar u għadu jgħammar f’ġisem uman. Hu persuna waħda, bin-natura sħiħa t’Alla u n-natura sħiħa tal-bniedem. Minn dan aħna assigurati. Għandna l-ikbar prova fl-Iskrittura stess; kelmtu hu l-verità (Ġwanni 17:17). Hi l-ħajja għal ruħna, hi l-ferħ għal qlubna, meta nemmnu lil Alla bla ma nargumentaw miegħu. 

Nafu għala Alla għammar fil-laħam, u x’kienet il-missjoni speċjali mwettqa bit-twelid u ħajtu fostna. Minn dan aħna wkoll żgurati. Nemmnuha mill-istess testimonjanza infallibbli. Ingawdu wkoll ix-xhieda ġewwiena mogħtija mill-Ispirtu tal-verità. L-essenza tal-fidi tagħna hi din: Alla deher fil-ġisem. Niżel fostna biex jgħollina fil-glorja miegħu. Minn issa għandna sehem mill-barkiet tas-salvazzjoni, u nesperjenzaw il-faraġ divin. 

Għaldaqstant diġà għandna l-maħfra; ninsabu ġustifikati – dikjarati ġusti – quddiem l-Imħallef tas-sema u l-art. Il-fidili huma milqugħa fil-persuna ta’ Ġesù, l-irxoxtat u renjanti fis-smewwiet. Bih ruħna hi diġà mqaddsa għal Alla, u ngħatatilna wkoll it-tama żgura u konfidenti ta’ ħajja u glorja eterna. 

Dan kollu rċevejnieh b’wegħda ħielsa, skont il-patt etern tal-grazzja, għall-glorja tat-Trinità Mbierka, u għall-konfort u s-salvazzjoni ta’ midinbin mitlufa. Hekk il-qaddisin huma msejħa f’ġisem wieħed, bi Kristu bħala r-Ras ġdid tagħhom. Għax “hemm ġisem wieħed u Spirtu wieħed – bħalma appuntu kontu msejħin f’tama waħda tas-sejħa tagħkom – Sid wieħed, fidi waħda, magħmudija waħda; Alla wieħed u Missier kulħadd, li hu fuq kulħadd u fost kulħadd u ġo kulħadd” (Efesin 4:4-6). 

Talba: “Mulej Ġesù, x’fonti ta’ barka int! X’garanzija ta’ hena dejjiema fik! Sirt fqir għalina biex insiru sinjuri! Żortna fil-qosor hawn isfel biex tassiguralna post dejjiemi miegħek hemm fuq, biex naraw il-glorja tiegħek, flimkien mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu. Ħajr u glorja lilek, Salvatur tal-ġnus, Feddej tiegħi!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...