Skip to main content

Grazzja Kontra Grazzja

“Il-Kelma sar laħam u għammar fostna. Aħna osservajna l-glorja tiegħu, glorja tal-Uniġenitu mingħand il-Missier, mimli grazzja u verità. (Ġwanni xehed dwaru, u għajjat, “Dan kien li dwaru għidt, ‘Dak li ġej warajja sebaqni għax kien qabli.’”) Infatti, mill-milja tiegħu aħna lkoll irċevejna grazzja kontra grazzja. Għax il-liġi ngħatat permezz ta’ Mosè; il-grazzja u l-verità ġew permezz ta’ Ġesù Kristu. Qatt ħadd ma ra ’l Alla; Alla l-uniġenitu, li hu f’ħodon il-Missier, dak għarrfu” (Ġwanni 1:14-18).

Il-grazzja hi l-imrieżaq ta’ Kristu, ix-Xemx tal-Ġustizzja. Hi l-liberalità u s-sovranità tal-imħabba. Iva, tieħu s-sopravvent fuq l-imħabba u l-ħniena, għax iżżid magħhom. Tiggarantixxi, mhux sempliċement l-imħabba, imma l-imħabba ta’ wieħed superjuri, sovran daqskemm traxxendenti, Alla li għandu jedd jagħmel kif jogħġbu, li jista’ bla ndħil jagħżel jurix ħniena jew le. 

Jista’ jkun hemm l-imħabba bejn l-ugwali, u wieħed inferjuri jista’ jħobb wieħed superjuri; imma mħabba f’wieħed superjuri, u tant superjuri illi jista’ jagħmel kif irid, f’dan l-imħabba tissejjaħ grazzja. Għaldaqstant il-grazzja hi attribwita lis-slaten; jingħad li huma grazzjużi mas-sudditi tagħhom, filwaqt li s-sudditi ma jistgħux ikunu grazzjużi mas-slaten. Issa Alla, li hu s-Sovran infinit, li seta’ għażel jekk iħobbniex jew le, difatti jħobbna, u din hi grazzja. 

Mela l-grazzja mhijiex nattiva, iżda donattiva. Bħala xewwiexa kontrih, ebda membru mill-ġens uman m’għandu l-iċken dritt għall-grazzja, altrimenti ma tibqax grazzja. Il-fatt stupend hu dan: xi wħud minna saru reċipjenti tal-grazzja. 

Kif u x’fatta? L-ewwel pass għall-grazzja hu illi wieħed jara li jinsab priv mill-grazzja. L-ewwel grad ta’ grazzja hu x-xewqa għaliha. B’argumenti evidenti u validi wieħed jista’ jirrealizza għandux is-sinjali inizjali tal-grazzja, li huma x-xenqa jew xewqa għaliha. Jekk iva, ħa jkun jaf għall-faraġ tiegħu illi l-Ispirtu tal-grazzja qiegħed jitħarrek fuqu u jqanqlu, għax hu Alla li jopera fil-bniedem kull għemil, kif ukoll ir-rieda. 

Talba: “Alla etern, kif għoġbok tiffavorina f’Ibnek il-Maħbub! Aħna midinbin li ma konniex infittxuk, u int għarraftna lilek innifsek. Ikkostitwejtna poplu tiegħek, aħna li konna għorba u frustieri għalik. Preparajt għalina belt. Qarribtna lejn Sijon smewwitija. U fuq kollox bl-istess grazzja issa tittrenjana biex nikkomportaw irwieħna bil-qies u fil-pjetà aħna u nistennew il-miġja glorjuża ta’ Ibnek Ġesù, li ġej biex jiġborna fi ħdanu għall-eternità. O grazzja inkomprensibbli! O ħniena ineffabbli! O mħabba bla fini!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...