Skip to main content

Riżoluzzjonijiet għas-Sena l-Ġdida

Il-prattika illi nagħmlu riżoluzzjonijiet ġodda fil-bidu tas-sena tmur lura aktar minn tlett elef sena ilu. Insibuha fost il-Babilonjani antiki. L-idea hi: bidu ġdid, drawwa ġdida. Fir-realtà ma jiġri xejn mistiku bejn l-aħħar ta’ Diċembru u l-ewwel ta’ Jannar. Hu sempliċement kalendarju kif irranġajnieh aħna għall-konvenjenza. 

Frattant in-nies jiddeċiedu illi jnaqqsu mill-piż, jagħmlu aktar eżerċizzju, ma jibqgħux ipejpju, jonfqu flushom b’aktar għaqal, iqattgħu aktar ħin ma’ wliedhom, ma jidgħux aktar, jikkontrollaw ix-xorb alkoħoliku, u diversi affarijiet oħra. Il-fissazzjoni evidentement hi fuq ħwejjeġ materjali jew fiżiċi. 

F’dan kollu s-saħħa tar-ruħ hi traskurata. Ftit huma dawk li jiddeterminaw biex jitolbu aktar, jaqraw il-Bibbja Mqaddsa kuljum, jaħfru mill-qalb, iħobbu mqar lill-għedewwa tagħhom, u jattendu knisja Evanġelika regolarment. Dawn kollha huma ammirabbli, u ta’ min jirrikmandahom. 

Min jagħmilhom, però, sikwit ma jkomplihomx. Jagħmel ġimgħa jew ġimgħatejn, u jieqaf. Jinsa kollox. Jgħarrilu għax m’għandux motivazzjoni xierqa. Pereżempju, għaliex tixtieq titlob kuljum? Biex tonora u tqim lill-Mulej Alla, jew biex tħossok aħjar? Biex tikber spiritwalment, jew għax smajt illi hi ħaġa sewwa? U għaliex trid tnaqqas mill-piż? Biex tweġġaħ lil Alla b’ġismek (għax hu t-tempju tal-Ispirtu tiegħu), jew bi skop vanituż, biex tħossok aħjar, u tagħlef is-sens ta’ vanità tiegħek?

Jekk tabilħaqq tixtieq illi taqbad rotta tajba u tibqa’ fiha, ftakar illi dan tista’ tagħmlu biss bil-qawwa ta’ Kristu (Filippin 4:13). Hu d-dielja, u (jekk int Kristjan) int fergħa fih. Mingħajr il-vitalità tiegħu ma jirnexxilekx tagħmel frott (Ġwanni 15:5). Jekk l-iskop hu sabiex Alla jkun onorat, u jekk fedelment issegwi l-kmand tiegħu, ir-riżoluzzjoni tiegħek tirnexxi, għax Alla jwieżen lil uliedu.

Allura x’tip ta’ riżoluzzjoni messek tagħmel, bħala Kristjan? Nissuġġerixxi illi qabel xejn titlob lill-Mulej jagħtik l-għerf biex tieħu deċiżjoni tajba (Ġakbu 1:5). Afda fl-għajnuna t’Alla biex tirnexxi. Sib lil xi ħadd (martek, żewġek, ħuk, ommok) sabiex jissorveljawk u jaraw intix qed iżżomm ir-riżoluzzjoni tiegħek. Meta tfalli tkunx skuraġġit; anzi, agħmel sforz ikbar. Qis li tibqa’ fit-triq tas-sewwa minkejja kollox.

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...