Skip to main content

Nirgħex qabel Nitfarraġ

“Qalilhom, ‘Dan hu kliemi li għidtilkom meta kont għadni magħkom, illi kien jeħtieġ jitwettaq kulma hu miktub dwari fil-Liġi ta’ Mosè, fil-Profeti u s-Salmi.’ Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskritturi. ‘Hekk hu miktub,’ qalilhom, ‘li l-Messija kellu jbati u jerġa’ jqum mill-imwiet fit-tielet jum, u l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tkun pritkata f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhieda ta’ dawn il-ħwejjeġ” (Luqa 24:44-48).

“Il-Kristjaneżmu jinforma lin-nies biex jindmu u jwegħidhom il-maħfra. Għadaqstant m’għandu xejn x’jgħid, sa fejn naf jien, lil nies li ma jafux illi għamlu ħwejjeġ li minnhom jeħtiġilhom jindmu, jew nies illi ma jħossux li jeħtieġu l-maħfra. Hu biss wara li tkun rrealizzajt illi hemm Liġi Morali reali, u Setgħa wara dik il-liġi, u li ksirt dik il-liġi u allura żgarrajt ma’ dik is-Setgħa – hu wara dan kollu, u mhux mument iktar kmieni, illi l-Kristjaneżmu jibda jitkellem. 

“Meta ssir taf li int marid, tisma’ mit-tabib. Meta tkun irrealizzajt illi l-pożizzjoni tiegħek hi waħda ta’ disprament, tibda tifhem dwar xiex il-Kristjani qed jitkellmu. Joffru spjegazzjoni kif waqajna f’dan l-istat preżenti – kif nobogħdu t-tjieba u fl-istess ħin inħobbuha. Joffru spjegazzjoni kif Alla jista’ jkun dan il-moħħ impersonali wara l-Liġi Morali u frattant ukoll Persuna. Jgħidulek kif id-domandi ta’ dil-liġi, li int u jien ma nistgħux nissodisfaw, ġew sodisfatti għan-nom tagħna, kif Bin Alla nnifsu sar bniedem biex isalva lill-bniedem mid-diżapprovazzjoni t’Alla.

“Naqbel illi r-reliġjon Kristjana hi, fl-aħħar mill-aħħar, fidi ta’ konfort ineffabbli. Iżda ma tibdiex bil-konfort; tibda bir-regħxa illi ddeskrivejt. Ma jiswielek xejn tipprova tgħaddi għall-konfort bla ma tkun ġarrabt ir-regħxa. Fir-reliġjon, bħal fil-gwerra u kwalunkwe ħaġa oħra, il-konfort hu l-unika ħaġa li ma tistax tikseb billi tfittxu. Jekk tfittex il-verità, tista’ ssib il-konfort fl-aħħar: jekk tfittex il-konfort la tottieni l-konfort u lanqas il-verità – biss bżieżaq tas-sapun, u finalment id-disprament" (C.S. Lewis).

Talba: “Agħtina l-kuraġġ, Missier, nikkonfrontaw is-sitwazzjoni u r-realtà kif inhi, mingħajr ma ninħbew wara subgħajna jew nagħlqu għajnejna għas-sewwa magħruf. Int urejtna illi qabel il-glorja hemm s-sofferenza, qabel l-unur hemm is-servizz umli, qabel il-maħfra hemm l-indiema. Ħa nkunu magħrufa bħala nies li kuljum inġorru s-salib, biex b’xi mod naqilgħu r-resurrezzjoni minn bejn l-imwiet, b’Ibnek Ġesù.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...