Skip to main content

Agħżel lil min se Sservi

“Il-lampa tal-ġisem hi l-għajn. Jekk mela għajnek hi b’saħħitha, ġismek kollu jkun mimli dawl. Imma jekk għajnek hi ħażina, ġismek kollu jkun mudlam. Jekk mela d-dawl fik hu dlam, kemm hu kbir dak id-dlam! Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien, għax jew jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew ikun leali lejn wieħed u jiddisprezza lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu ’l Alla u ’ll-flus. Minħabba f’hekk ngħidilkom, tinkwetawx għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’se tixorbu, lanqas għal ġisimkom, x’se tilbsu. Ewwilla l-ħajja mhix iżjed importanti mill-ikel, u l-ġisem mill-ilbies?” (Mattew 6:22-25). 

Ma nistgħux ma nifhmux: ebda persuna mhi kapaċi sservi lil Alla u lilha nfisha! Baruk hawnhekk żbalja. Proprjament fi żmien meta kien qed jaqra l-iskroll waħħaxi, mimli vistu u lamentazzjoni, javża dwar il-gwaj li kellu jaqa’ fuq Iżrael f’qasir żmien, illi din il-kriżi imminenti kellha trażżan kull xewqa karnali għal opinjonijiet egoistiċi u glorja terrestri. Iżda le. Baruk fittixhom (Ġeremija 45:1-5).

Il-leblibiet midinba tagħna jistgħu biss ikunu mortifikati bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu operattiv fina. Ġeremija ntbagħat bi speċi ta’ twissija u projbizzjoni tenera għand Baruk. Fakkru illi dak ma kienx żmien biex wieħed ifittex l-avvanz tiegħu nnifsu. 

Aktarx, f’kull żmien u ċirkostanza jmissna nfittxu l-glorja tal-Imgħallem tagħna. Kif jista’ jkun! Taspira għall-unur mondan u dinjità soċjali fi żmien ta’ rovina mhedda? Kemm fadal lok inkunu għorrief, inkunu nafu l-qagħda tagħna u naġixxu skont il-karattru u s-sejħa tagħna!

Hawn nistgħu nosservaw stampa tan-natura korrotta tagħna nfusna. Kun af lilek innifsek. Ikkonsidra kif int ukoll għadek fil-ġisem. Ftakar illi f’ġismek ma tgħammar ebda ħaġa tajba. Imħollijin waħidna, mingħajr il-grazzja u mingħajr l-Ispirtu t’Alla, ma naslux. Avolja nkunu taħt rovina mhedda u qirda imminenti, in-natura midinba fina xorta waħda tixxennaq għall-ħwejjeġ li jaqblu mal-istat karnali tagħna. 

Oqgħod attent, mela, mir-raġunamenti qarrieqa. Qalbna dejjem issemmagħlna appelli raġunevoli għall-gratifikazzjoni tad-dnub. Il-promozzjoni tagħna nfusna hi waħda mil-leblibiet fina. Kull fehma li titqanqal minna nfusna, li għandna ħabta togħġob lilna nfusna, hi kuntrarju għax-xirka ma’ Ġesù. 

Talba: “Mulej Ġesù, int irraġunajt magħna u sfidajtna biex niddeċiedu x’jiswielna jekk nirbħu d-dinja kollha u nitilfu, jekk mhux ruħna, il-paċi ħelwa m’Alla, il-komunjoni miegħek, o Salvatur, u xirka ferrieħa fl-Ispirtu s-Santu. Iva, impossibbli naqdu lil Alla u lil mammona. Xejjen fina r-rgħiba għall-materjaliżmu, il-flus jew il-proġetti egoistiċi tagħna nfusna. Għallimna nfittxu saltnatek dejjem u kullimkien.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...