Skip to main content

Il-Valur tal-Kuxjenza

“Obdu lill-mexxejja tagħkom, u ssottomettu għalihom, għax huma jinviġilaw fuq erwieħkom, bħala dawk li għad iroddu kont. Obduhom sabiex jagħmlu dan bil-ferħ, u mhux jokorbu, għax inkella dan ikun svantaġġuż għalikom. Itolbu għalina, għax aħna ċerti illi għandna kuxjenza tajba, u f’kollox nixtiequ nġibu ruħna b’mod onorabbli. Neżortakom iżjed bil-kotra biex tagħmlu dan, sabiex inkun irrestawrit lilkom iżjed malajr” (Ebrej 13:17-19).

Jibqa’ l-fatt sfortunat illi hawn min kultant ibiegħ il-kuxjenza tajba tiegħu għall-flus, avolja ovvjament ma tistax tinxtara bil-flus. Huwa essenzjali kif nittratta mal-kuxjenza. Irrid niġġudika lili nnifsi bil-ġudizzja tas-sinċerità, u hekk niġġudika lill-oħrajn bil-ġudizzju tal-imħabba. 

Il-kuxjenza għandha tirregola kull qasam ta’ ħajta. M’hemm ebda fażi fejn nista’ ngħaddi mingħajrha, avolja għandha l-limitazzjonijiet tagħha (għax trid kontinwament tkun informata mir-rivelazzjoni speċjali miġbura fl-Iskrittura). 

Ma nistgħux nippretendu li aħna superspiritwali u allura nistgħu ngħaddu mingħajr il-gwida tagħha. Xi wħud li mxew qabilna ħallewlna ammonizzjoni sobrija. “Dan l-inkarigu nikkommetti lilek, ibni Timotju, skont il-profeziji magħdudin darba dwarek, sabiex bihom tiġġieled il-ġlieda t-tajba, filwaqt li żżomm il-fidi u kuxjenza tajba. Xi wħud, billi rrinunzjawha, innawfragaw inkwantu l-fidi tagħhom. Fosthom hemm Imenew u Alessandru, li jien irħejthom lil Satana, sabiex ikunu istruwiti ma jidgħux” (1 Timotju 1:18-20).

Pawlu nnifsu għamilha l-mira ta’ ħajtu li jgħixha b’kuxjenza tajba f’kollox. Huwa sensibbli, daparti tagħna, li ma nafdaw f’xejn lil xi individwu illi m’għandux kuxjenza tajba f’kollox.

Talba: “Missier, nimmeraviljaw kif int sawwartna bil-kapaċità fina nfusna illi nagħrfu t-tajjeb u l-ħażin, u kif ninkeddu meta nagħmlu l-ħażen u nħossuna ferrieħa u sodisfatti meta nwettqu t-tajjeb u l-ġid mal-proxxmu. Kompli kkonformana max-xbieha ta’ Ibnek, speċjalment hekk kif ninternalizzaw Kelmtek progressivament, bħala l-gwida suprema tagħna.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...