Skip to main content

Biki Billejl, Ferħ Filgħodu

“‘F’fawra ta’ għadab ħbejt għal ftit wiċċi minnek, iżda bi ħniena għal dejjem nitħassrek,’ jgħid il-Feddej tiegħek, il-Mulej. ‘Għax dan hu bħall-ilmijiet ta’ Noè għalija: għax bħalma ħlift li l-ilmijiet ta’ Noè ma jitilgħux aktar fuq l-art, hekk ħlift li ma nerġax iżjed nagħdab għalih, u lanqas inċanfrek. Għax il-muntanji jisgħu jitilqu u l-għoljiet jitheżżu, iżda mħabbti ma titħarrikx minn miegħek, u lanqas il-patt tas-sliem tiegħi ma jitħarrek,’ jgħid il-Mulej li jħenn għalik” (Isaija 54:8-10).

L-imħabba hi dejjem trasparenti u komunikattiva; ma tostor xejn. Alla ma ħebiex minn Abraħam x’kien biħsiebu jagħmel rigward il-bliet immorali (Ġenesi 18:17). L-Imgħallem jgħidilna, “Intom ħbiebi.” Is-sempliċi servi ma jkunux midħla tas-sigrieti ta’ sidhom; iżda l-ħbieb iva. Għalhekk l-interpretu l-kbir tal-imħabba pattwali t’Alla lejna jgħidilna, “Minflok, sejjaħtilkom ħbieb, għax għarraftilkom kulma smajt mingħand Missieri” (Ġwanni 15:15). 

L-imħabba dejjem tfawwar f’qalbu, avolja d-dispjaċir forsi jista’ jidher fit-trattament tiegħu magħna. Meta x-Xemx tal-Ġustizzja jaħbi lilu nnifsu mir-ruħ, jidher staġun mudlam ta’ għadab. Jitrabba ċ-ċpar tal-infedeltà, id-dwejjaq tat-telqa jitfaċċaw. Is-sensi u s-sentimenti jqanqlu ħwejjeġ morri kontra l-fidil. Il-Missier jiddixxiplina, is-Salvatur jaħbi lilu nnifsu, il-liġi takkuża, il-kuxjenza tikkundanna, id-dnub iwerwer u x-xitan jhedded. Iżda attwalment il-ħniena divina ma tonqos qatt; imħabbet il-Missier tibqa’ bla mittiefsa lejna. 

Għaldaqstant bil-fidi nissaportu. Nafu li jaħbi wiċċu minna “għal ftit.” Mhu xejn paragunat mal-eternità. Imbagħad l-imħabba tiżvoga u tiddikjara, “bi ħniena għal dejjem nitħassrek.” U kelmet il-Mulej tibqa’. Il-patt tiegħu hu fiż-żgur, imħabbtu immutabbli, il-wegħdi tiegħu bla jitmermru. Allura r-ruħ trabbi l-konfidenza, tikseb lura dik l-assigurazzjoni ħelwa. 

Għalkemm kollox jidher kontriha, taf li fil-fatt kollox qed jaħdem għall-ġid etern tagħha. Allura t-tama tbexbex għal darb’ oħra fir-ruħ, u l-imħabba lejn Ġesù hi mġedda. Isseħħ l-indiema, u l-hena tiġi lura. 

Talba: “Missier twajjeb, int għarraftna kif il-biki jista’ jdum għal lejl, iżda l-ferħ jiġi filgħodu. Ittamajtna b’Kelmtek, u allura nafu li dejjem tagħmel tajjeb għaliha; mhux se tħalliha taqa’ mal-art. Meta jogħġbok, Mulej, immanifesta l-preżenza tiegħek, sabiex nithennew quddiemek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...