Skip to main content

Bħal Baruk?

“Hekk jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għalik, o Baruk. “Int għidt: ‘Jaħasra għalija issa! Għax il-Mulej żied l-għali man-niket tiegħi; infnejt bit-tnehid tiegħi, u mistrieħ ma nsibx.’ Hekk tgħidlu: ‘Il-Mulej jgħid hekk, “Ara, dak li jien bnejt inġarrfu u dak li ħawwilt naqilgħu, imqar din l-art kollha. U tfittex għalik ħwejjeġ kbar? La tfittixhom, għax, ara, jien inġib il-ħsara fuq kull ħaġa ħajja,” jgħid il-Mulej, “iżda ħajtek nagħtihielek bħala priża f’kull post li int tmur fih”’” (Ġeremija 45:2-5). 

Il-poplu t’Alla matul il-ġenerazzjoni dejjem issejjaħ biex jiċħad lilu nnifsu u jimmortifika d-dnub fih. Il-kumpanija glorjuża tal-appostli, ix-xirka edifikanti tal-profeti, u l-armata nobbli tal-martri, il-membri hienja kollha tal-knisja ta’ Kristu f’kull żmien, jitgħallmu jimxu skont programm radikalment differenti mill-prijoritajiet ta’ nies sekulari. 

Aħna min aħna bħala wlied Alla, ilkoll ninsabu suġġetti għall-istess natura korrotta. Aħna nies tal-istess sentimenti u passjonijiet. Allura ninsabu fil-perikli li nfittxu l-avvanz tagħna nfusna, flok ta’ Kristu u saltnatu. Dejjem irridu ngħassu kontra l-ażżard illi naqilgħu l-affezzjonijiet tagħna minn Ġesù u niffissawhom fuq l-oġġetti lelliexa ta’ did-dinja preżenti u ħażina. 

Ġeremija ħallielna ħjiel tal-kondotta ta’ ħabibu u s-segretarju tiegħu, Baruk. Hekk kif naqraw l-esperejnza ta’ Baruk minnufih nistgħu nħarsu fina nfusna u madwarna. Ngħajtu, “Mulej, x’inhu l-bniedem biex int jimportak minnu?” 

L-isem Baruk ifisser wieħed “imbierek.” X’inhu, allura, kull Baruk li jilwi rkopptejh quddiem Ġesù u hu mġedded fl-ispirtu ta’ moħħu? Xorta waħda għadu kompost mit-trab tal-art, lest illi jiggranfa mal-art, u jfittex ħwejjeġ minfuħa għalih innifsu mill-oġġetti trasjenti ta’ did-dinja. Xi twissija hi din għalina!

Talba: “Mulej, x’inhu l-bniedem biex inti tiftakar fih u jimportak minnu? Għalfejn tibqa’ ssus warajna? Għaliex int daqshekk fitt biex tberikna? Aħna nfaħħruk għall-ġustizzja tiegħek, iżda jeħtiġilna elf ilsien biex nimmanjifikaw il-kobor illimitabbli ta’ ħnientek lejna. Fejqilna l-muta tagħna, biex inroddulek ir-ringrazzjamenti tagħna kontinwament.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...