Skip to main content

Is-Siġill tal-Ispirtu

“Huma kemm huma l-wegħdi t’Alla, fi Kristu hemm l-‘Iva’ tagħhom. Konsegwentement ukoll permezz tiegħu l-‘Ammen’ tingħad minna għall-glorja t’Alla. Issa hu Alla li jistabbilina flimkien magħkom fi Kristu, u unzjonana, li wkoll issiġillana, u tana l-Ispirtu tiegħu fi qlubna bħala kapparra. Jien insejjaħ ’l Alla bħala xhud għal ruħi, illi biex niffrankahielkom ma ġejtx iżjed f’Korintu. Mhux għax niddominaw fuq il-fidi tagħkom, iżda aħna kollaboraturi magħkom għall-ferħ tagħkom, għax huwa bil-fidi illi tinsabu weqfin fermi” (2 Korintin 1:20-24).

Alla tana għotja kontra għotja. Waħda minnhom hi l-unzjoni tiegħu. Ikkonsagrana, jew litteralment ‘unzjonana,’ ċoè, sawwab iż-żejt fuq ir-ras, bħala sinjal ta’ sejħa u tisħiħ divin. Bħalma Alla unzjona lil Ġesù għal servizz u ministeru partikolari, hekk ukoll unzjona lilna għall-ministeri tagħna, mhux biż-żejt, imma bil-qawwa tal-Ispirtu. 

Għotja oħra relatata hija l-issiġillar tal-Ispirtu. Siġill uffiċjali jindika awtorità u pussess. Jiggarantixxi ħarsien u protezzjoni. Alla ssiġillana (għamilna tiegħu b’garanzija u sirna proprjetà tiegħu) mhux b’siġill tax-xamgħa jew l-inċira, imma bl-Ispirtu s-Santu fi qlubna. Din l-għotja, dan l-att divin iseħħ fir-ruħ darba għal dejjem meta nsiru wliedu, eżattament meta jagħtina l-Ispirtu tiegħu, ċoè appena nafdaw f’Ibnu għall-ġustifikazzjoni tagħna.

Tana wkoll ir-rahan tal-Ispirtu. Uriena s-serjetà ta’ ħsiebu billi tana depożitu jew kapparra. Il-kapparra hi parti mill-ħlas totali, li jiggarantixxi li se jsir il-pagament kollu. 

Bl-Ispirtu s-Santu fina Alla jwegħidna u jagħtina garanzija li s-salvazzjoni kompluta għad ċertament tkun realizzata. Se jkollna sehem mill-qawmien għall-ħajja, se nkunu mifdija anke fil-ġisem, mhux biss fir-ruħ. 

Talba: “Mulej omnipotenti, x’tiġdid ħolistiku qed twettaq fina! Diġà għandna fina l-ħajja smewwitija, qabel ma naslu l-Ġenna. U allura l-Ġenna hi wirt riżervat għalina l-fidili tiegħek. Ħajr mill-qalb għal din l-assigurazzjoni, għax nifhmu illi aħna ssiġillati bl-Ispirtu tiegħek għal jum il-fidwa sħiħa tagħna. F’isem Ġesù, il-Garanti tagħna.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...