Skip to main content

Lejn il-Missier

“Is-snin ta’ ħajjitna jgħibu bħal nifs. Jiem ħajjitna huma tliet għexieren u għaxar snin; u għal dawk li huma b’saħħithom, jilħqu t-tmenin sena. Iżda jekk iżidu għomorhom ikunu taħbit u għali, għax malajr jgħaddu, u aħna ngħaddu magħhom. Min jista’ jifhem il-qawwa tal-qilla tiegħek u tal-għadab tiegħek, skont il-biża’ li jistħoqqlok? Għalhekk għallimna ngħoddu jiem ħajjitna sabiex ikollna qalb għarfa” (Salmi 90:9-12).

Kemm tabilħaqq inħossu li għomorna hu transitorju? Jgħaddi bħal dell fuq ħajt. Jisfuma fix-xejn bħal ċpar li jidher għal ftit. Hu għaqal għalina nistmaw ħajjitna, bil-kumplessità u l-kwantità kollha tagħha, bħala l-ġinnasju li fih qed nippreparaw għall-Ġenna. Irridu naslu f’punt fejn tabilħaqq inħarsu lejn il-preparazzjoni għall-mewt bħala l-ewwel pass biex nitgħallmu ngħixu. 

Fil-ġenerazzjonijiet mgħoddija, ħutna fil-fidi esperjenzaw persekuzzjoni sistematika minħabba l-fedeltà tagħhom lejn Sidna Ġesù. Illum ingawdu bosta kumditajiet fid-dar li l-predeċessuri tagħna ma kinux jafu bihom. L-operazzjonijiet fl-isptar kienu rudimentarji ħafna, u l-mediċina skarsa u primittiva. Ma kellhom ebda sigurtà soċjali jew inxurans. Għexu fi żminijiet meta nofs il-popolazzjoni adulta kienet tmut fil-fjur ta’ ħajjitha, u nofs it-tfal iħallu did-dinja fl-infanzja. Il-kumpanija kontinwa tagħhom kienet mal-mard, skonfort, uġigħ u gwaj. 

Indubjament kienu jaqtgħu qalbhom kieku ma żammewx il-ħarsa ta’ ruħhom fis-smewwiet. Ma kinux ifendu kieku ma għaddewx lilhom infushom bħala pellegrini qed jivvjaġġaw lejn il-Belt eterna, Ġerusalemm smewwitija. Mela ejja nifhmuha din: il-ħajja qasira wisq u sikwit miżgħuda bl-uġigħ. Id-dar vera tal-fidili hi l-Ġenna. 

Talba: “Foħrija, ġieħ u unur lilek, Missierna qaddis. Għax int imlejt lil ruħna b’tant konfidenza illi naslu biex ngħidu illi nippreferu noħorġu mill-ġisem u nkunu d-dar miegħek. Int preparajtilna abitazzjoni fejn ingawdu xirka hienja miegħek, mal-anġli u l-qaddisin tiegħek. Ħalleluja. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...