Skip to main content

Valenu!

“Tfal ċkejknin tiegħi, qed niktbilkom dan sabiex ma tidinbux. Imma jekk xi ħadd attwalment jidneb, għandna Paraklitu mal-Missier, Ġesù Kristu l-ġust. Hu nnifsu l-propizjazzjoni għal dnubietna, u mhux għal tagħna biss iżda wkoll għad-dnubiet tad-dinja kollha. B’dan nafu illi għarafnieh, jekk inżommu l-kmandamenti tiegħu. Min jgħid, ‘Għaraftu,’ imma ma jżommx il-kmandamenti tiegħu, hu giddieb, u f’dan mhix il-verità. Imma kull min iżomm kelmtu, f’dan verament l-imħabba t’Alla hi pperfezzjonata” (1 Ġwanni 2:1-5). 

Fil-mirja tal-liġi ġusta t’Alla naraw x’ħaġa profana u moqżieża hu d-dnub, irrispettivament kif u fejn espress. Dejjem hu abominabbli f’għajnejn Alla qaddis. Kwalunkwe ħażen jifred bejn Alla u l-midneb, u jistieden qirda eterna. 

Il-vanġelu b’ebda mod ma jirrendi d-dnub inqas odjuż għal Alla, jew inqas mistkerrah. Altru! Aktarx, ipenġih b’iswed mill-iżjed karg, u juri l-malinnità perversa tiegħu bil-metodu grazzjuż tat-tpattija provduta. Ikkonsidra l-Ħaruf bla tebgħa, offrut bħala sagrifiċċju għall-maħfra tiegħek. Ara d-demm imċarċar. Isma’ l-karba agonizzanti tal-Feddej minħabba d-dnub. Kif mela tista’ tgħid li d-dnub hu ħmerija, jew żball li Alla faċilment jegħmiżlu?

Kuljum messek titgħallem il-ħażen tad-dnub bir-rimedju divin. Kun af il-valenu tiegħu bl-antidotu offrut. Qisu tajjeb fid-dawl tal-infern fejn titħallas il-piena tiegħu. Ikkonsidra lis-Salvatur, xi swielu. Ftakar dejjem illi għalkemm Alla jħobbok fi Kristu, frattant jobgħod id-dnubiet tiegħek. Għalkemm rikonċiljat ma’ ruħek permezz tal-Medjatur, frattant qatt ma jista’ jaċċetta d-diżubbidjenza tiegħek. Għalkemm tgawdi paċi miegħu, minħabba d-demm tas-salib, frattant Alla hu dejjem avversiv kontra dnubek. 

Minħabba f’hekk id-dixxiplu l-maħbub jgħid, “Qed niktbilkom dan sabiex ma tidinbux” (1 Ġwanni 2:1). Attent mid-dnub bħala l-agħar ħażen, u l-għadu fatali tiegħek. 

Talba: “Iffortifikani, Mulej tal-eżerċti, biex nissara kontra d-dnub, nopponih, nirreżistih u negħlbu bil-qawwa tal-Ispirtu tiegħek. Id-dnub hu oxxenità quddiemek, o Alla omnipotenti. Int il-Qaddis ta’ Iżrael, u ddikjarajt gwerra kontrih. Ladarba aħna nappartienu għalik, tħalliniex naħmluh b’xi mod jew ieħor.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...