Skip to main content

F'Dar il-Missier

“‘Tħallux qalbkom tkun imħawda. Afdaw f’Alla; afdaw ukoll fija. F’dar Missieri hemm ħafna kmamar; kieku ma kienx hekk kont ngħidilkom. Jien sejjer nipprepara post għalikom. U jekk immur u nipprepara post għalikom, nerġa’ niġi u għad nirċevikom għandi nnifsi, sabiex fejn inkun jien, intom tkunu wkoll. Fejn sejjer jien tafuha t-triq għal hemm.’ Tumas qallu, ‘Ja Sid, ma nafux fejn sejjer, allura kif nistgħu nkunu nafu t-triq?’ Ġesù wieġbu, ‘Jien hu t-triq u l-verità u l-ħajja. Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi’ (Ġwanni 14:1-6).

Il-barka perfetta tal-fidili fil-Ġenna tkun tikkonsisti fl-immunità u ħelsien perfett minn kull ħażen u l-miżerja tiegħu; u fit-tgawdija sħiħa t’Alla, it-tajjeb ewlieni tagħna. F’dik il-belt, Ġerusalemm smewwitija, ngħammru fil-preżenza t’Alla, għax “it-tron t’Alla u tal-Ħaruf se jkun fil-belt, u l-qaddejja tiegħu se jaqduh. Għad jaraw ’il wiċċu, u ismu jkun fuq ġbienhom” (Rivelazzjoni 22:2-3). Kultant fuq l-art nesperjenzaw l-hena ta’ qima ġenwina t’Alla, u nirrealizzaw li hi l-ogħla feliċità tagħna illi nagħtuh glorja. Iżda fl-istat etern tagħna dal-ferħ ikun multiplikat u nagħrfu t-twettiq ta’ dak għal xiex konna maħluqa. 

L-iprem hena tagħna tkun illi naraw lill-Mulej innifsu u nkunu miegħu għal dejjem. Iż-żenit ta’ barkiet innumerabbli fil-Ġenna tintlaħaq fl-istqarrija, “Għad jaraw ’il wiċċu.” Meta nħarsu f’wiċċ il-Mulej u hu jħares lejna b’imħabba infinita, naraw fih it-twettiq ta’ kulma nafu li hu tajjeb, sewwa u desiderabbli fl-univers. Inkunu nafu x’inhi mħabba, sliem u feliċità perfetta. Insiru nafu s-sinifikat tal-verità u l-ġustizzja, qdusija u għerf, tjieba u qawwa, glorja u sbuħija. Imbagħad nifhmu perfettament dak li nkiteb, “Fil-preżenza tiegħek hemm il-milja tal-ferħ, fuq lemintek hemm għaxqiet għal dejjem” (Salmi 16:11). 

Ix-xenqa ta’ qalbna tkun twettqet meta għajjatna, “Ħaġa waħda xtaqt mingħand il-Mulej, u nibqa’ nfittixha, li jien ngħammar f’dar il-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajti, biex nitgħaxxaq bis-sbuħija tal-Mulej, u nimmedita fit-tempju tiegħu” (Salmi 27:4). Meta naraw lis-Sid wiċċ imb wiċċ, qlubna ma jkunu jridu xejn iżjed. “Min għandi fis-sema ħliefek? U m’hemm ħadd fl-art li nixtiequ ħliefek. Ġismi u qalbi ma jifilħux iżjed, iżda Alla qawwet qalbi, u sehmi għal dejjem” (Salmi 73:25-26). 

Talba: “O li jasal dak il-jum, Mulej, illi b’feliċità ineffabbli qlubna u leħinna jingħaqdu mal-mifdija minn kull ġenerazzjoni u mal-eżerċti setgħan tas-sema u ngħannulek, ‘Qaddis, qaddis, qaddis, hu l-Mulej Alla, l-Omnipotenti, dak li kien, u dak li hu, u dak li ġej!’ X’antiċipazzjoni ħelwa! Preparani totalment u f’kull sens għal din l-okkażżjoni indeskrivibbli!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...