Skip to main content

Kristjan ta' Veru

“Saħansitra Xmun innifsu emmen, u wara li tgħammed żamm fil-qrib ma’ Filippu; u billi osserva sinjali u setgħat mirakolużi kbar jiġru quddiemu, baqa’ mnixxef. Meta l-appostli f’Ġerusalemm semgħu illi s-Samarija laqgħet kelmet Alla, bagħtulhom lil Pietru u ’l Ġwanni, li niżlu u talbu għalihom ħalli jirċievu l-Ispirtu s-Santu, għax kien għadu ma waqa’ fuq ħadd minnhom, imma biss kienu mgħammda f’isem is-Sid Ġesù. Imbagħad poġġew idejhom fuqhom, u rċevew l-Ispirtu s-Santu. Xħin Xmun ra illi l-Ispirtu kien mogħti bit-tqegħid t’idejn l-appostli, offrielhom il-flus. ‘Agħtu lili wkoll din l-abbiltà,’ qal, ‘sabiex fuq min inpoġġi jdejja jirċievi l-Ispirtu s-Santu.’ Imma Pietru wieġbu, ‘Ħa tmur il-fidda tiegħek għat-telfien miegħek, għax issupponejt li stajt tipprokura l-għotja t’Alla bil-flus! M’għandek la parti u lanqas sehem f’dil-materja, għax qalbek mhix sewwa quddiem Alla. Indem mela minn dal-ħażen tiegħek, u agħmel petizzjoni lis-Sid ħalli, jekk inhu possibbli, tinħafirlek l-intenzjoni ta’ qalbek. Għax narak li tinsab fil-marrara tal-imrar u fir-rabta tal-inikwità.’ Imbagħad Xmun wieġeb, ‘Agħmlu petizzjoni intom infuskom għalija lis-Sid, ħalli xejn ma jiġi fuqi mill-ħwejjeġ li għidtu’” (Atti 8:13-24).

Minn dil-ġrajja nintebħu faċilment illi wieħed jista’ “jemmen” u jibqa’ wild ix-xitan; imma min jemmen b’qalbu kollha jsir wild t’Alla. 

Temmen f’xiex, jew aħjar, f’min? Irridu nifhmu illi l-fidi ma ssalvaniex minnha nfisha. Hi l-mezz strumentali; biha ningħaqdu mas-Salvatur, Ġesù. Permezz tagħha naqbdu u napplikaw għalina nfusna lil Kristu, bil-ġustizzja u l-merti tiegħu. Bih u bih biss aħna dikjarati ġusti quddiem Alla, l-Imħallef tagħna. 

Id żgħira u dgħajfa, jekk kapaċi tressaq l-ikel għall-ħalq, twettaq dmirha għan-nutriment tal-ġisem daqs id ta’ saħħa eċċezzjonali, għax mhijiex is-saħħa fl-id iżda t-tjieba tal-ikel illi jsostni l-ġisem. Inkwantu s-salvazzjoni, hix fidi ferma jew debboli, irrelevanti; l-aqwa li tittermina f’Bin Alla, li miet għal dnubietna u tqajjem għall-ġustifikazzjoni tagħna. 

Temmen, ovvjament u pekuljarment, f’Redentur li qatt ma rajtu. “Imberkin dawk li ma rawx u frattant emmnu” (Ġwanni 20:29). Hi l-kariga partikolari u speċjali tal-fidi illi temmen dak li ma tarax, u l-premju tal-fidi għad ikun illi tara dak li bħalissa temmen fih.

Talba: “Ma rridx nemmen, o Mulej Alla, biex nagħmel bħal ħaddieħor, jew biex naqbel mal-konvenzjoni jew il-kultura. Irrid nemmen għax inkun persważ mill-evidenza li tajtna, konvint mill-Ispirtu tiegħek biex niġri għall-kenn fik, ħalli teħlisni mill-għadab li ġej. Agħmel illi l-fidi tiegħi tkun dejjem attiva, taħdem bl-imħabba u sottomessa għar-rieda sovrana tiegħek. F’isem Ibnek stess. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...