Skip to main content

It-Tarka Tiegħi

“Imma xħin opponewh u saru abbużivi, farfar ilbiesu bi protesta u qalilhom, ‘Demmkom fuq raskom stess! Jien innoċenti. Minn issa ’l quddiem se mmur għand il-Ġentili.’ Imbagħad telaq minn hemm u mar fid-dar ta’ wieħed jismu Titju Ġustu, li kien jirreveri ’l Alla; daru kienet tmiss mas-sinagoga. Krispu, il-kap tas-sinagoga, emmen fis-Sid ma’ daru kollha; u qabda mill-Korintin, li semgħu ’l Pawlu, emmnu u tgħammdu.Darba minnhom, billejl, is-Sid qal lil Pawlu f’apparizzjoni, ‘Tibżax aktar, iżda kompli tkellem u tiskotx, għax jien ninsab miegħek, u ħadd mhu se jaħbat għalik u jimmaltrattak, għax għandi ħafna nies f’dil-belt.’ Għalhekk ssetilja hemm sena u sitt xhur, jgħallem fosthom kelmet Alla” (Atti 18:6-11).

Il-ġnus jistgħu jixxewxu kontra s-Sultan tas-slaten, iżda finalment tiegħu tgħaddi. Dan narawh kontinwament imfisser f’diversi ġrajjiet irrekordjati fl-Iskrittura. Sakemm il-Mulej kellu ċertu xogħol għal Pawlu x’jagħmel fil-belt ta’ Korintu, il-furja tal-folol kienet imrażżna. Il-Lhud, bħas-soltu, opponew u żebilħu t-tagħlim appostoliku. Xorta waħda ma setgħux ixejnu x-xandir unzjonat u setgħan tal-evanġelju. Lanqas ma kienu kapaċi jżommu lil nies oħra milli jikkonvertu. 

Indubjament, Alla jeżerċita qawwa sovrana fuq l-imħuħ l-aktar vjolenti. Anke l-għadab tal-bniedem ifaħħru. Però jesibixxi t-tjieba tiegħu l-iżjed meta jliġġem ir-rabja tal-għedewwa tiegħu. “Bil-kobor ta’ driegħek ikunu siekta bħal ġebla, sakemm niesek jaqsmu minn naħa għall-oħra, o Mulej, sakemm jgħaddi l-poplu tiegħek, li int ksibt” (Esodu 15:16). 

Mhuwiex lok illi tħalli n-nies twerwrek jew tbeżżgħek, mela, meta taf li qed taqdi dmirek. Issokta fuq xogħlok; mantni kuxjenza tajba, u ħalli l-għadu jgħażżaż snienu. L-avversarji, avolja feroċi, eventwalment isiru bħal qasba mġelġla u ftila ddaħħan. Fidi kuraġġjuża f’Alla tiknes il-biża’ fil-ġenb, bħalma ġgant inaddaf kamra mill-għanqbut. Ladarba Alla hu favurina, ħadd ma jista’ jmissna. Ebda opponent, sew jekk uman jew inkella demoniku, mhu kapaċi jagħmlilna l-ħsara, jekk ma jippermettilux il-Mulej. B’kelma waħda x-xitan jaħrab minnu; mhuwiex kapaċi allura jikkontrolla l-ministri tad-dlam u jżommhom taħt it-treġija tiegħu? Ironikament abbli diġà qed jibżgħu minnek iżjed milli tinsab imgerrex minnhom int. 

Għalhekk, kompli mmarċja! Kompli avvanza f’territorju ġdid. L-Art Imwiegħda hi tiegħek. Tissetiljax għal eżistenza medjokri b’fidi ċkejkna. Tagħmilhiex ta’ tallab meta int prinċep. U abbli fejn tistenna li ssib l-għedewwa ssib il-ħbieb.

Talba: “Jiena nħobbok, Mulejja, għax int qawwieti. Int waħdek il-blata u l-fortizza; int u jien nifformaw maġġoranza kontra d-dinja. Ħallini nistkenn fik; kun int it-tarka tiegħi u l-qarn tas-salvazzjoni tiegħi. Int it-torri għoli tiegħi, is-sur setgħan li qatt ma jċedi. Ħallelujah! Fik nittama jien. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...