Skip to main content

Il-Vanġelu Appostoliku

“Imma aħna jmissna dejjem nirringrazzjaw ’l Alla għalikom, l-aħwa maħbubin mis-Sid, għax Alla għażilkom mill-bidu għas-salvazzjoni permezz tas-santifikazzjoni tal-Ispirtu u fidi fil-verità, li għaliha sejħilkom permezz tal-evanġelju tagħna, għall-otteniment tal-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu. Hekk mela, l-aħwa, ieqfu sħiħ, u aqbdu sod mat-tradizzjonijiet li kontu mgħallmin, sew jekk bid-diskors jew b’epistola tagħna. M’hemmx li Sidna Ġesù Kristu nnifsu u Alla Missierna, li ħabbna u tana faraġ etern u tama tajba bil-grazzja tiegħu, jinkuraġġixxi qlubkom u jistabbilikom f’kull opra u kelma tajba” (2 Tessalonkin 2:13-17).

Dħalt f’saltnet il-Mulej, jew għadek barra? Smajt biss, bla ma ħadt azzjoni? Irraġuna hekk ma’ ruħek: jien nemmen l-evanġelju, allura jien magħdud ġust quddiem Alla bil-merti t’Ibnu, li ħallas il-penali minfloki. Jien ġustifikat, allura għandi bażi soda biex inkun santifikat għal Alla tiegħi. Jien santifikat, allura naf li jien imsejjaħ. Jien imsejjaħ, allura bilfors jien magħżul. Jien magħżul, allura fiż-żgur se nkun mal-qaddisin fil-Ġenna, fit-tgawdija ineffabbli t’Alla l-Imbierek. X’konfort issetiljat ta’ ferħ u hena! Għaxart elef demonju ma jistgħu qatt iriegħdu l-għan favorevoli t’Alla lejja.

Nafu kif l-appostli u l-profeti jħambqu fuq il-predestinazzjoni; hi pilastru innegabbli fit-tempju t’Alla. Hi s-sors ta’ barkiet innumerabbli; nistgħu ngħidu li tixbah lix-xemx. Ma nistgħux inħarsu fissi lejn ix-xemx fl-appan tagħha – jekk nissograw niċċassaw lejha, nagħmew. Insiru nafuha biss bl-imrieżaq, id-dawl u s-sħana tagħha. L-għażla tal-Missier hi x-xemx għalina, li lanqas għajnejn l-ajkli ma jikkonċentraw fuqha. Frattant nistgħu nsibu l-pożizzjoni tagħna, aħniex magħżula jew le, billi nħossu s-sħana tas-sejħa tagħna, id-dawl tal-illuminazzjoni, u r-raġġi tal-opri t-tajba maħdumin fina. 

Il-punt huwa dan. Alla ffissa t-tmiem mill-bidu, imma t-tmiem jintlaħaq bl-użu għaqli tal-mezzi provduti minnu stess. Jekk nittraskura l-mezzi u nibqa’ nittratieni, allura dan sinjal illi Alla ma għażilnix għas-salvazzjoni. Imma tiskopri, b’għajb u turment għalik innifsek, illi ma ħallielek l-ebda skuża, għax poġġa l-mezzi għad-dispożizzjoni tiegħek. “Indmu, u emmnu fl-evanġelju!” appella r-Rajjes tas-salvazzjoni (Mark 1:15). “Issa ż-żmien aċċettabbli, issa jum is-salvazzjoni,” ifakkarna r-rasul tiegħu (2 Korintin 6:2).

Talba: “Missier, nitolbuk biex ma nittraskurawx milli mmantnu lilna nfusna fil-grazzja tiegħek. Il-ħajja eterna ngawduha minħabba l-għażla divina, hi mwiegħda fis-sejħa effettiva, issiġillata fil-ġustifikazzjoni tagħna, u posseduta kompletament fil-glorifikazzjoni tagħna. Quddiem din il-panorama, qanqal fina sens ta’ qima lejk u gratitudni profonda, filwaqt li nkunu bieżla fis-servizz tagħna lejk.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...