Skip to main content

Is-Sinifikat tal-Bniedem

“O Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! Int li qegħidt il-glorja tiegħek ’il fuq mis-smewwiet. Minn fomm it-tfal u t-trabi int ħriġt il-qawwa, minħabba l-għedewwa tiegħek, biex issikket lill-għadu, u lil dak li jivvendika ruħu. Meta nħares lejn is-smewwiet tiegħek, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li int għamilt, x’inhu l-bniedem biex int tiftakar fih, u bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?” (Salmi 8:1-4).

Hu sensibbli nenfasizzaw l-essenzjali – il-fidi, it-tama u l-imħabba. M’għandi għalfejn nagħmel xejn biex nimpressjona; tifel ċkejken ma jaf xejn ħlief l-ispontanjetà. Jersaq bla pożi. Hi l-mogħdija li ċertament twassal biex tintwera l-qawwa divina, biex hekk inkun naf x’jiġifieri sliem fit-taqtigħa, konfort fil-għali, saħħa fid-debbolizza, dawl fid-dlam. 

Fis-sempliċità u l-onestà tal-fidi wieħed jitgħallem il-paradossi li altrimenti jidhru biss kontradizzjonijiet assurdi. Waħda mill-ifnad hija l-kapaċità u s-sejħa li n-Nisrani jiftaħar bi dgħufijietu – biex il-qawwa ta’ Kristu tistrieħ fuqu. F’ambjent konfortabbli wieħed ma jitgħallimx l-implikazzjonijiet tqal tal-fidi, li jħallu impatt fuqu hekk li jinbidel fix-xbieha ta’ Kristu. Hu biss meta nilħqu l-limiti tagħna illi Alla mbagħad ikollu wisa’ biżżejjed biex jopera fina u bina. Dan eżerċizzju li jrid jirrepeti ruħu kuljum, bħall-irfigħ tas-salib, avolja r-raġuni tħajrek tirreżisti. 

Il-fidi ma tistenniex sakemm tifhem kollox, altrimenti ma tkunx fidi. Sejħilha intellett, tagħrif jew loġika, iżda mhux fidi. Ċertament, irridu nkunu nafu l-kontenut tal-fidi (l-Iskrittura Mqaddsa) biex inżommu l-fidi. Imma l-element tat-tagħrif hu element wieħed. Mhuwiex kollox. Fidi li ma tibdillix ħajti ma ssalvalix ruħi, għax ħajti – bil-ħsibijiet, id-diskors u l-atti kollha – hi sinonima għal ruħi. Il-kredu tal-lum isir il-karità t’għada; it-twemmin t’issa t-tjieba prattika t’għada. Jekk mhux hekk, allura l-kredu hu fossila mejta.

Għaldaqstant, minħabba Alla infinit li daħal f’kuntatt reali magħna permezz ta’ Ibnu Ġesù, il-bnedmin sinifikanti. Student midgħi, li ma jaf jagħmel xejn ħlief jitkellem pastaż, hu sinifikanti. Marti, li tħobbni, sinifikanti. In-negozjant u l-impreditur sinifikanti daqs tarbija bi bżonnijiet speċjali f’Nairobi. Int sinifikanti. 

Id-diffiċli fl-Iskrittura mhix it-Trinità, lanqas ir-realtà ta’ kastig fl-Infern għall-eternità. Mela x’inhi? L-itqal ħaġa fit-teoloġija din: kif Alla ta kas lill-bniedem midneb, kif qed isejjaħlu lejh, kif irid iħaddnu b’imħabbtu, wara li żvijja vilment minnu. It-traġedja moderna, bħal f’kull ġenerazzjoni oħra, hi din: mhux illi l-bniedem ma jafx dwar Alla, iżda filli jafu, jibqa’ jirreżistih u jwebbes qalbu kontrih.

Talba: “X’sorpriża din, Mulej, illi int ma rmejtniex! Ma ħallejtniex taħt il-kundanna ġusta. Konna bla valur minħabba d-dnub, iżda int poġġejt valur fuqna billi akkwistajtna għalik innifsek bil-prezz li ħallas Ibnek, b’demmu stess. Riskattati bid-demm tal-Ħaruf! O Alla, grazzi talli f’għajnejk aħna sinifikanti, għax int kollok imħabba u ħniena pura. Għinna nwieġbu kif jixraq għall-ħniena tiegħek.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...