Skip to main content

Ir-Raġuni għar-Riforma

Il-poplu t’Alla matul il-ġenerazzjonijiet għandu ħabta jorqod jew jiżvijja, frattant l-Ispirtu s-Santu kapaċi jġeddu u jitfa’ nifs ta’ ħajja ġdida. Dan ġara mqar mill-antik fi żmien is-saltna ta’ Ħeżekija u Ġosija. It-tali riformi jmissna nagħrfuhom bħala sinjal tal-ħniena t’Alla, li ma jitlaqx lil niesu. Li ġara fis-seklu sittax, fi żmien Luteru, kien proprju riforma oħra, però did-darba fuq skala massiva.

Ħasra illi flok ma nagħrfu dan il-moviment bħalma tabilħaqq hu, ħidma tal-Ispirtu s-Santu, nittimbrawh bħala xiżma jew firda. Tabilħaqq, il-firda li ġrat f’nofs is-seklu 11, bejn il-Lvant u l-Punent, kienet waħda patetika, motivata mill-għira u pika bejn il-Griegi u l-Latini, mingħajr raġuni valida. Ir-Riforma Protestanta hemm elf raġuni għala seħħet, iżda prinċipalment ġrat għaliex Alla għoġbu jqajjem nies, fidili lejn l-Iskritturi Mqaddsa, illi xandruha fil-qawwa u s-safa tagħha, u fl-istess ħin protestaw kontra l-abbużi morali, iżda speċjalment dottrinali, tal-Knisja Rumana.

Kienet riforma, mhux ribelljoni. Il-kontinwità kienet priżervata, hekk illi r-Riformisti setgħu leġittimament jikklejmjaw illi dik li dehret bħala knisja ġdida kienet attwalment il-knisja qadima mnaddfa mill-offiżi, u kostitwita mill-ġdid skont in-normi bibliċi. Ovvjament, ir-riżultati tar-Riforma ma kinux għalkollox perfetti: indaħlu motivi oħra – politiċi, ekonomiċi, u l-bqija – u minħabba f’hekk nibtu l-konflitti u saħansitra gwerer. Frattant ir-Riformisti u sħabhom kienu nies ta’ sliem, li xandru l-verità kif inhi. Jiġifieri, għalkemm iddeffsu fatturi soċjali, politiċi, u intellettwali (frott ir-Rinaxximent), ir-Riforma nfisha kienet bażikament reliġjuża u teoloġika fl-oriġni u l-għan tagħha.

Fil-qalba tar-Riforma kien hemm erba’ kustjonijiet maġġuri: 1. Kif jista’ l-bniedem ikun salvat? 2. Fejn tinsab l-awtorità reliġjuża suprema? 3. X’inhi l-knisja? 4. U x’inhu l-essenza tal-għixien Kristjan?

It-tweġibiet kienu ċari u konvinċenti. Inkwantu awtorità spiritwali, saħqu illi l-Iskrittura Mqaddsa waħidha hi l-awtorità suprema biex insiru nafu x’imissna nemmnu u kif inġibu ruħna etikament. Fil-Medju Evu ġew introdotti tant dottrini u prattiċi li m’għandhom ebda worant għalihom mill-Iskrittura, hekk illi l-protesta kontrihom kienet ilha tinħass (u difatti nies bħal Wycliffe fis-seklu erbatax u Huss fis-seklu ħmistax semmgħu leħinhom kontrihom).

Abbażi tal-Iskrittura, ir-Riformisti għallmu illi s-salvazzjoni hi purament bil-grazzja t’Alla waħdu. Hi prova u turija tal-favur mhux mistħoqq t’Alla. Il-fidili huma meħlusa mill-kundanna bl-imħabba u l-ħniena pura t’Alla, mhux minħabba opri tajba jew sagramenti li jipprattika l-bniedem. Is-salvazzjoni hi maqlugħa għalina minn Kristu waħdu, li bih nirċievu maħfra kompluta u t-tama żgura tal-ġenna. L-istess salvazzjoni hi applikata lill-midneb bil-ħidma misterjuża tal-Ispirtu s-Santu, li jirriġenera skont l-għan sovran ta’ Alla l-Missier. Il-fidili jirċievu b’xejn, bla ma ħaqqhom, il-fidwa u rikonċiljazzjoni dejjiema m’Alla.

Ir-Riformisti taw prominenza lill-evanġelju, u wrew mill-Bibbja illi l-bniedem hu ġustifikat – dikjarat ġust u meħlus mill-kundanna – bil-fidi biss fi Kristu waħdu, u mhux bl-ubbidjenza tal-bniedem jew bl-għemejjel tajba tiegħu. Permezz tal-fiduċja tiegħu fi Kristu, l-uniku Medjatur, hu mlibbes bis-sewwa tas-Salvatur, maħfur kompletament, mogħti l-ħajja eterna, u adottat bħala iben fil-familja t’Alla. U dan kollu skont l-għan etern u infallibbli t’Alla, li ppredestina għadd ta’ nies għas-salvazzjoni, magħrufin għalih waħdu.

Il-salvazzjoni tinsab fi Kristu, mhux fil-knisja, mhux fis-sagramenti, mhux f’purgatorju noneżistenti, mhux fl-indulġenzi, mhux f’atti reliġjużi, mhux f’Marija. Ħadd ħliefu ma jsalva, u hu jsalva perfettament. Il-mewta sostituzzjonarja tiegħu fuq is-salib hi suffiċjenti għall-ġustifikazzjoni tal-midneb.

Għaldaqstant is-salvazzjoni tagħna, u kwalunkwe ħaġa oħra, isseħħ għall-glorja t’Alla waħdu. Is-salvazzjoni hi mingħandu, maħduma minnu, Alla Trinità, u mogħtija lilna b’xejn biex ħadd ma jiftaħar, ħlief fih.

Dan kollu jqanqal lill-Kristjan, li tabilħaqq jemmen l-evanġelju u ħaddan lil Kristu bil-fidi, sabiex jgħix fil-preżenza tiegħu, taħt l-awtorità tiegħu, u għas-sebħ u t-tifħir tiegħu, żeluż biex josserva l-kmandamenti tiegħu, iħobb lil Alla u l-proxxmu, bħala ringrazzjament lil Alla għall-ħniena sovrana tiegħu murija lejh. U dan jagħmlu f’xirka ma’ Kristjani oħra, li flimkien jifformaw il-merħla ta’ Kristu, saċerdozju rjali u l-poplu miksub t’Alla, magħruf bħala l-knisja.

Dawn kienu essenzjalment ir-raġuni tar-Riforma Protestanta. Huma l-qofol tas-sejħa tar-Riformisti għall-Kristjaneżmu żvijjat ta’ żmienhom biex jirritorna b’kuraġġ u b’umiltà lejn it-tagħlim bibliku, li kien tant imwarrab. Jalla dan l-istejqien spiritwali, li għad għandu l-frott tiegħu sal-lum, jissokta jissaħħaħ u jkun ta’ barka għal ħafna erwieħ imtaqqla bid-dnub u l-ħtija, sabiex huma wkoll isibu s-serħan ta’ ruħhom fis-Sid Ġesù Kristu.

Għaldaqstant, filwaqt li nonoraw nies bħal Luteru u Melanchton, Kalvinu u Knox, bħala servi fidili t’Alla (bid-dgħufijiet umani tagħhom), nagħtu kreditu lill-Ispirtu s-Santu illi għoġbu jriegħed il-knisja minn għeruqha, u jġegħilha teżamina lilha nfisha. Il-Knisja Kattolika, avolja għadda nofs millenju mill-bidu tar-Riforma, għadha lura milli tħaddan l-evanġelju fis-safa u l-integrità tiegħu, mentri Evanġeliċi bħali m’għandhomx permess jorqdu, iżda rridu nkomplu, bl-imħabba u f’ġieħ il-verità, nissieltu għall-fidi mogħtija lill-qaddisin darba għal dejjem. Billi nidħlu fil-kurrent ekumeniku u popolari, ma nkunux fidili għas-sejħa tagħna.

Bil-patrimonju rikk li rċevejna, riżultat tar-Riforma, għandu jkun unur għalina l-Evanġeliċi llum illi nidentifikaw irwieħna ma’ dan l-ikbar stejqien spiritwali storiku, u ngħożżu dan il-laqam mogħti lilna bħala ‘Protestanti,’ filli bħal Sidna Ġesù aħna msejħin biex nipprotestaw kontra kull falsità fit-twemmin u l-etika, kif ukoll favur kulma hu bibliku.

Filwaqt li naffermaw l-imħabba sinċiera tagħna lejn il-poplu Malti, u l-Kattoliċi kulfejn jinsabu, u lejn il-bnedmin kollha, huma min huma, imsieħba f’liema reliġjon kwalunkwe, u naffermaw ir-rieda tajba tagħna lejn il-proxxmu, bi spirtu manswet u umli, fl-istess ħin l-iswed irridu nsejħulu iswed u l-abjad abjad, bla ma nċajpru l-fatti.

Għaldaqstant tkun ingratitudni lejn missirijietna fil-fidi, u ipokresija sfaċċata, jew inkella sempliċi injoranza, jekk naġixxu bħallikieku d-differenzi bejn il-Kattoliċeżmu u l-Protestanteżmu huma minuri jew bla konsegwenza serja, għax difatti l-Kattoliċeżmu jgħallem vanġelu ieħor li mhu vanġelu xejn, filwaqt li jippromwovi patafjun prattiċi bla awtorità biblika. U din kienet ir-raġuni għala r-Riformisti u sħabhom ma setgħux ikomplu f’identifikazzjoni mal-Knisja Rumana.

Comments

Unknown said…
Min qalilek din li ahna l-kattolci ghandna evangelju iehor li mhux vangelu xejn. Minn fejn gab l-awtorita biex jghid li l-vangelu tal-knisja kattolika ma huwa vangelu xejn. Ghaliex qed tkompli tohloq firda? Sa fejn naf jien ir-riformisti nehhew seba' kotab ispirati mill Bibbja biex Luteru igib il-Bibbja taqbel mar-religjon gdida tieghu ta' il-Bibbja biss u bil-Fidi biss u xorta ma rnexxilux. Kif taf int ukoll ried inehhi il-Gakbu u l-Apokalissi imma tawh parir biex ma jaghmilx dan. U nahseb li taf ukoll li fit-traduzzjoni tieghu Germaniza zied il-kelmiet "Alone" u "Only" ghax il-Bibbja ma turi mkien li il-Bibbja biss hija bizzejjed u bil-Fidi biss minnghajr ma tippruvha hija biz-zejjed. Ghaliex dan il-Qerq f'naqra ta' Gzira.

Il-Fidi bla ghemil hija mejta jghid Gakbu – prova cara ta’ dan, l-ahhar gudizzju
taghna - "Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta' fuq il-lemin tiegħu,

'Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja.
Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni,
kont bil-għatx u sqejtuni,
kont barrani u lqajtuni,
kont għeri u libbistuni,
kont marid u ġejtu tarawni,
kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.

Mbagħad iweġbuh il-ġusti, ‘Mulej’, jgħidulu,
‘meta rajnik bil-ġuħ u tmajnik,
jew bil-għatx u sqejnik ?
Meta rajnik barrani ulqajniek,
jew għeri u libbisniek?
Meta rajnik marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?

U s-Sultan iweġibhom u jgħid, 'Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.'

Mbagħad jgħid ukoll lil dawk ta' fuq ix-xellug, 'Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta' dejjem li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu.
Għax jien kont bil-ġuħ u ma tmajtunix,
kont bil-għatx u ma sqejtunix,
kont barrani u ma lqajtunix,
kont għeri u ma libbistunix,
kont marid u fil-ħabs u ma ġejtux iżżuruni!

Mbagħad huma wkoll iweġbuh, 'Mulej,' jgħidulu,
'meta rajniek bil-ġuħ, jew bil-għatx,
jew barrani, jew għeri, jew marid,
jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?' Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom,

'Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma' wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh. U DAWN IMORRU FIT-TBATIJA TA' DEJJEM U L-GUSTI FIL-HAJJA TA' DEJJEM.

Ghidli int bis-sincerita kollha JEKK JISTGHUX ISIRU DAWN L-OPRI TA’ HNIENA BIL-FIDI BISS!!!
Il-Fidi hija mehtiega, u minnghajr Fidi ma tistghax is-salva; imma l-Fidi trid twassalni biex nuriha bl-Eghmil; xorta hija l-grazzja ta' Alla li ssalvani, Imma kif naraw fil-Bibbja dwar Abraham; Abraham kellu fidi kbira f'Alla l-iembierek imma din il-Fidi saret fidi vera meta Abraham gholla is-sikkiena biex joqtol lil Izakk kif naqraw fl-iskrittura.

Unknown said…
IT-TIENI PARTI

"Imma xi ħadd jista' jgħid: "Int għandek il-fidi, u jiena l-għemil." Urini l-fidi tiegħek mingħajr l-għemil, u jien nurik il-fidi tiegħi mill-għemil tiegħi.Inti temmen li Alla huwa wieħed, u tagħmel sew. U dan ix-xjaten ukoll jemmnuh, u jitriegħdu. Imma kif ma tridx taf, iblah li int, li l-fidi mingħajr għemil hija fiergħa?

Jaqaw Abraham missierna mhux mill-għemil kien iġġustifikat meta offra lil ibnu Iżakk fuq l-artal? B'hekk tara kif il-fidi ħadmet id f'id ma' l-għemil tiegħu, u kif bil-ħila ta' l-għemil il-fidi laħqet fl-aqwa tagħha u seħħet l-Iskrittura li tgħid: "Abraham emmen lil Alla u kien dan li ġġustifikah" u għalhekk huwa msejjaħ ħabib ta' Alla.Taraw, mela, li l-bniedem ikun iġġustifikat bl-għemil, U MHUX BIL FIDI BISS.[Gakbu 2:18-24] Jekk inti Ghalik l-Iskrittura biss hija bizzejjed allura ghaliex ma temminx lil Gakbu fuq dan li kieteb hawn biex juri li-Fidi biss ma hiex bizzejjed.

Min gie qalilek din li ahna l-kattolci ghandna evangelju iehor li mhu Evangelu xejn. Minn fejn gab l-awtorita biex jghid li l-Evangelu tal-Knisja kattolika ma huwa Evangelu xejn. Ghaliex qed tkomplu tkabbru l-firda? Sa fejn naf jien ir-riformisti nehhew seba' kotba ispirati mill Bibbja li kienu ilhom il-fuq minn elf sena accettati minnkulhadd, biex Luteru igib il-Bibbja taqbel mar-religjon gdida tieghu ta' "Sola Scrittura" u "by Faith alone" u xorta ma rnexxilux. Kif taf int ukoll ried inehhi il-Gakbu u l-Apokalissi imma tawh parir biex ma jaghmilx dan. U nahseb li taf ukoll li fit-traduzzjoni tieghu Germaniza zied il-kelmiet "Alone" u "Only" ghax il-Bibbja ma turi mkien li il-Bibbja biss hija bizzejjed u bil-Fidi biss minnghajr ma tippruvha hija biz-zejjed. Ghaliex dan il-Qerq f'naqra ta' Gzira.

Luteru nehha wkoll bicciet min Danjiel u xi kotba ohra. Minn Danjiel qaccat fejn kien hemm miktub li "l-Erwieh tal-Gusti jaghtu qima lil Mulej" ecc.

Mela allura min ghandu l-Evangelju li mhu vangelu xejn? Tajba din biex taharbu l-verita saret din l-istqarija li ahna ghadna vangelu iehor biex ma nkunux nistghu nippruva bl-Evangelu stess il-qerq li sfortunatament qed tghallmu minnghajr ebda awtorita ta' hadd. Kristu l-Autorita ta lil Appostli u l-hadd iktar:

Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: "Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien." [Mattew 28: 18-20]

"u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien." Sa fejn naf jien fil-Vangelu ma ssib imkien fejn Gesu ta' awtorita lil hadd li jibni xi knisja jew fidi ohra ghajr dik li waqqaf Hu fuq Kefa. Knisja wahda biss kien hemm u m qal lil-hadd biex jibni knejjes ohra li llum hemm madwar 45,000 minnhom; imkien ma ssibha din fl-iskrittura! Jew ahna ghandna Vangelu iehor? Il-Vangelu taghna miktub minn Mark, Matthew, Luqa u Gwanni - min kieteb taghkhom la hu differenti minn taghna? Ghandek kull dritt taghzel religjon ghalik ghax din tahdem abazi ta' liberta ta' kuxjenza; imma li nemmen fidi ohra biex nattakka u noskura il-Knisja Kattolika m'hijhiex haga sewwa u tollerabli.
tkompli/...
Unknown said…
PART III

Emmen kemm trid taghlim iehor, li nixtieqek taghidlu minn fejn gieb din l-awtorita min ghallimulek u minhu dan il-proxxmu li ghallimulek dan it-twemmin u minn meta beda?; Min hu l-fundatur ta' dan it-twemmin tieghek.

Daz-zgur li ghandna Evangelu li m'hu Evangelu xejn - Dan ghax il-Evangelu u l-Bibbja juru bir-rispett kollu li ghandkom taghlim u interpretazzjoni tal-Bibbja zbaljati.

U bilhaqq, kienet il-knisja kattolika li ffurmant il-kanone tal-kotba minn bosta kotba ohra li ma kienux ispirati. Kif taf int dan gara fil-Koncilju ta' Kartagni fit-393AD u approvat fil kuncilju ta' Hippo fit-397AD u li kien Monaku kattoliku, Stephen Langston li qasam il-Bibbja f'kapitli. Tichdu kemm tichdu din il-verita ghalxejn ghax il-verita tibqa verita anke jekk hadd ma jaccetha! Taf ukoll li qabel 300 sena ohra kien impossibbli li xi hadd ikollu l-Bibbja f'idejh ghax din kienet tinkiteb bl-idejn fuq glud tan-naghag u wiehed kien jiehu tlett snin biex jikteb Bibbja Wahda li kienet kbira u tqila biex iggorra allura kienu jzommuha marbuta biex ma tinsteraqx u biex tkun accessibbli ghall dawk il-ftit li kienu litterati. Dak iz-zmien il-Latin kien il-lingwa mitkellma u ghalhekk l-ewwel kopji saru bil-latin, mhux biex izommu l-poplu l-boghod mill-Bibbja imma ghax dik il-habta il-verita kienet jew li taf taqra l-Latin jew ma taf taqra xejn. l-ipprintjar kien ghad baqalu hafna snin ohra qabel ma jigi inventat!

Kif tista tifhem minn dan kollu kien hemm zmien twil li ma kienx hemm bibbja fl-idejn allura dawn il-povri insara li mietu martri ghal Kristu kif ghamlu biex emmnu li l-bibbja biss torbot jekk l-anqas biss kellhom Bibbja? Minn fejn kienu jgibu l-kuragg li sahansitra imutu ghal-Kristu minnghajr it-testment il-gdid [Gwanni spicca l-Evangelju tieghu madwar is-snin 70-90] Allura zgur li danw l-imksejna insara qatt ma qraw jew semghu l-Evangelu ta' Gwanni qabel ma xerrdu demmhom ghal-Kristu - kif setghu isibu il-verita fil-Evangelu biss jekk dan kien ghadu mhux lest. Min kien iqawwilhom qalbom f'dawn iz-zmienijiet difficli tal-bidu tal-knisja; l-Evangelici zgur li le ghax ghax ma kienx hemm Evangelu; Mela allura min? ir-risposta jaghtihilna San Pawl:

"Imma biex, jekk indum ma niġi, tkun taf kif wieħed għandu jġib ruħu fid-dar ta' Alla, li hi l-Knisja ta' Alla l-ħaj, kolonna u pedament tal-verità." [1Tim:3: 15-16] u liema knisja kienet din jekk mhux dik mibnija fuq Kefa?

u dan kollu ghadu l-ponta tal-muntanja gholja li hloqtu biex tinfirdu minnha

Il-Knisja kattolika kellha riformaturi ohrajn imma dawn l-ewwel tqaddsu huma b'hajja kif toghgob lil Alla imbaghad ghallmu minnghajr ma holqu firdiet. Nies bhal San-Frangisk; San Tumas Moore, San injazju ta' lojola, San Filippu Neri, San Karlu Bonromeo, Santa Tereza ta' Gesu (Avila), San Frangisk de sales u ohrajn.

Nieqaf hawn ghax ktibt hafna imma ma stajtx naghmel mod iehor.

Jien noffrielek l-id tal-hbiberija imma ma flahtx naqra dak il-vers fejn ghedt li Evangelju taghna m'hu Evangelu xejn. Skuza tajba biex wiehed ikun jista jfisser il-Bibbja kif jaqbel lil dak li jkun. U ghax inhobb lilek u lil-knisja ma stajtx inzomm fija il-hegga ghal verita.

Il-Mulej ibierkek u jekk trid tibqa fit-twemmin li ircevejt ma nafx minghand min ghadek il-liberta kollha li tibqa; Imma jekk jogghbok oqghod irrakontta x'tajjeb qed taghmel il-knisja tieghek u mhux tinsulenta il-Knisja Kattolika. Halluna fl-izbalji taghna - ahjar nintilef tord tieghi milli tord ta' haddiehor.

Il-paci Tal-Mulej Gesu tkun dejjem mieghek
Anthony De Giovanni

Popular posts from this blog

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

L-Art Hi Tal-Mulej

“L-art tal-Mulej, u kulma fiha; id-dinja, u dawk li jgħammru fiha. Fuq l-ibħra għamel is-sisien tagħha, u fis-sod waqqafha fuq ix-xmajjar. Min jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej? Jew min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu jdejh indaf u qalbu safja; min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, u lanqas jaħlef bil-qerq. Bniedem bħal dan ikollu l-barka tal-Mulej, u l-ħaqq minn Alla tas-salvazzjoni tiegħu” (Salmi 24:1-5).  Ir-rivelazzjoni speċjali tikkonvinċini dwar is-saltna universali, u s-saltna ta’ ġustizzja, sliem u ferħ fl-Ispirtu. Ladarba Alla Trinità ħalaq kollox skont ir-rieda tiegħu, mela d-dinja, dak kollu viżibbli u inviżibbli, huwa tiegħu! La oriġinatur, pussessur! Dal-pilastru tal-verità jeħtieġ jibqa’ bla mittiefes, altrimenti r-reliġjon tagħna tisfa materjalista. Il-Mulej huwa Kreatur, mhux għas-sebħ u l-unur ta’ xi razza partikolari, jew imqar għall-bnedmin, imma għalih innifsu, u sekondarjament għall-ġid u l-barka tagħna. Distinzjonijiet u privileġġi pekuljari, nazzj