Skip to main content

Maħfra Għan-Niedma

“Il-Mulej deher lil Salamun billejl u qallu: ‘Smajt talbek, u ħtart dan il-post għalija bħala dar is-sagrifiċċju. Jekk nagħlaq is-sema u ma tkunx xita, jew jekk jien nordna lill-ġradijiet biex jibilgħu l-art, jekk nibgħat il-pesta fost il-poplu tiegħi – jekk il-poplu tiegħi, li fuqu jissejjaħ ismi, jumilja ruħu, u jitlob, u jfittex wiċċi, u jerġgħu lura minn triqathom il-ħżiena, jien nisma’ mis-sema, u naħfer ħtijiethom, u nfejjaq lil arthom. U issa għajnejja jkunu miftuħin u widnejja attenti għat-talb ta’ dan il-post. Għax issa jien ħtart u qaddist din id-dar biex ikun ismi fiha għal dejjem, u għajnejja u qalbi jkunu hemm il-jiem kollha” (2 Kronaki 7:12-15).

Avolja fuqna jissejjaħ isem il-Mulej, madankollu għadna rġiel u nisa niżbaljaw. Ix-xogħol tal-grazzja hu mibdi fina, u f’xi wħud ipprogressa sew, iżda għadu mhuwiex mitmum. Xi ħniena mingħand il-Mulej li jibqa’ dispost biex jaħfrilna! Kull meta nidinbu, ejjew ngħaġġlu mmorru quddiem it-tron tal-grazzja t’Alla, u nfittxu l-maħfra. Sforz il-patt tiegħu magħna, ma jirroftaniex.

Irridu numiljaw ruħna. M’għandniex inkunu umiljati mill-fatt li avolja rċevejna tant nibqgħu niksru l-liġi tas-sema? Kemm imissna mmilu fit-trab quddiem is-Sultan, u nistqarru l-ingratitudni grassa tagħna. X’infamja jġib fuqna d-dnub! U x’infamja doppja fuq dawk li sabu favur hekk kbir quddiem Alla

Hija ħaġa illoġika għal ulied Alla meta jixbgħu jfittxu wiċċ il-Mulej. Ħalliena minħabba d-difetti tagħna, u jeħtieġ nitolbuh jirritorna. Fl-isess ħin jeħtieġ niddivorzjaw ruħna mid-dnub. Alla ma jistax idur lejna jekk kemm-il darba ma ndurux mid-dnub. “Oqorbu lejn Alla u hu joqrob lejkom. Naddfu jdejkom, ja midinbin, u saffu qlubkom, ja mħuħ doppji. Kunu miżerabbli, ixhru u ibku. Ħa jinqaleb id-daħq tagħkom f’luttu u l-allegrija tagħkom fi tristezza. Umiljaw irwieħkom quddiem is-Sid, u hu jgħollikom” (Ġakbu 4:8-10).

Talba: “Nappellawlek, ja Sidna, għall-ħniena, għat-tindif, għall-ħelsien mill-qawwa tad-dnub. O Mulej, ismagħna issa, u ssoddx widnejk għall-għajta tagħna. Ħares lejna f’Ibnek Ġesù, u tbissem fuq il-qaddejja tiegħek. Imbagħad nirċievu l-wegħda tripla illi int tismagħna, taħfrilna u tfejjaqna. Missierna, agħtina dawn il-barkiet, mhux għax ħaqqna, iżda aħna tħobbna fil-Maħbub Ibnek.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...