Skip to main content

Il-Ħaruf Tal-Għid

“Għax jien ngħaddi mill-art tal-Eġittu dik il-lejla, u nidrob kull imwieled tal-ewwel fl-art tal-Eġittu, sew bniedem u sew bhima; u nagħmel ħaqq mill-allat kollha tal-Eġittu. Jiena l-Mulej. U d-demm ikun għalikom bħala sinjal fuq id-djar fejn tkunu, u malli nara d-demm, jien naqbiżkom, u l-ebda ħsara ma tiġi fuqkom biex teqridkom, meta jien nidrob l-art tal-Eġittu. U dan il-jum ikun għalikom b’tifkira, u tħarsuh bħala għid lill-Mulej minn nisel għal nisel tagħkom; tħarsuh bħala għid b’liġi għal dejjem” (Esodu 12:12-14).

Bil-fidi nara d-demm prezzjuż. Dan jiswieli ta’ faraġ. Il-Mulej Alla jarah ukoll, u jiswieli għas-sigurtà tiegħi. Anke meta niddgħajjef fil-fidi, u tiċċajpar il-vista spiritwali tiegħi, il-Mulej xorta waħda jara demm il-Ħaruf. Minħabba fih jibqa’ għaddej. Jekk forsi nħossni kommoss, peress li l-fidi tiegħi tperper, madankollu xorta waħda jien sikur, għaliex għajnejn il-Mulej ma jgħajjew qatt, u jara d-demm tas-sagrifiċċju fuq il-Kalvarju b’ħarsa fissa. X’ferħ hu dan għalija!

Il-Mulej jara t-tifsira fonda u ġewwiena, il-milja infinita ta’ dak kollu li tfisser il-mewta ta’ Ibnu l-għażiż. Jaraha b’memorja mistrieħa ta’ ġustizzja sodisfatta, u l-attributi kollha tiegħu glorifikati. Ra l-ħolqien fil-progress tiegħu, u qal, “Hu tajjeb wisq.” X’jgħid għall-fidwa fil-milja tagħha? X’jgħid dwar l-ubbidjenza perfetta ta’ Ibnu, li wasal biex sofra s-salib? Xejn ma jista’ jispjega s-sodisfazzjon tal-Missier, li jitgħaxxaq f’Ibnu Ġesù. Il-Missier ixomm il-fwieħa tas-sagrifiċċju tal-Kalvarju li preżenta Ġesù Kristu, sagrifiċċju bla għajb u bla tebgħa.

Issa nistgħu nlebbtu ruħna f’sigurtà kalma. Għandna s-Sagrifiċċju u l-Kelma t’Alla biex joħolqu fina sens profond ta’ sigurtà perfetta. Il-Mulej jaqbiżna. Bilfors jibqa’ għaddej, għax il-kastig li kien imiss lilna, diġà ħadu Ibnu minflokna, u Alla ma jiddomandix il-kastig darbtejn. Il-ġustizzja t’Alla ħadet b’idejn l-imħabba tiegħu biex provdiet salvazzjoni dejjiema għal dawk imraxxin bid-demm tal-Ħaruf.

Talba: “Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ilqa’ l-lodi u l-adorazzjoni tagħna! Denju int biex tieħu l-iskroll u tiftaħ is-siġilli tiegħu, għax inqtilt, u b’demmek xtrajtna għal Alla tiegħek u Alla tagħna – persuni minn kull tribù u lsien u poplu u ġens. Inroddulek ħajr talli kkostitwejtna saltna u saċerdoti għal Alla Missierna. Lilek nattribwixxu t-tifħir u l-unur u l-glorja u l-potenza għal dejjem ta’ dejjem!” 

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...