Skip to main content

In-Nassab u t-Tajra

“Imbierek ir-raġel li jissaporti fit-tiġrib, għax meta jkun għadda mit-test, se jirċievi l-kuruna tal-ħajja li s-Sid wiegħed lil dawk li jħobbuh. Meta jkun imġarrab, ebda wieħed m’għandu jgħid, “Qed niġġarrab minn Alla,” għax Alla ma jistax jiġġarrab bil-ħażen, u hu nnifsu ma jġarrab lil ħadd. Imma kull wieħed hu mġarrab meta hu miġbud u lliskat mil-leblibiet ħżiena tiegħu stess. Imbagħad il-leblieba, meta tkun ikkonċepiet, tiled id-dnub; u d-dnub, meta jkun kiber għalkollox, iferraħ il-mewt” (Ġakbu 1:12-15).

Ix-xitan iġarrab, sabiex jingannana u nitkissru; Alla jippermettielna nkunu mġarrba, biex jipprovana u jsaħħaħna. It-tentazzjoni hi bħal sikkina, li biha tista’ taqta’ l-laħam fil-platt, jew inkella tiskarna bniedem; tista’ tkun l-ikel jew il-valenu tiegħek. It-tentazzjoni hi l-prova tas-sinċerità tagħna. Kull darba li ngħaddu minnha niksbu aktar esperjenza imprezzabbli, li altrimenti nibqgħu mingħajrha, u allura foqra. Bħalma l-qari jimlina, u t-talb iqaddisna, it-tiġrib jagħnina fil-karattru. Meta niltaqgħu mat-tiġrib, għall-ewwel jidher qisu l-iljun li qabeż fuq Sansun; imma jekk negħlbuh, id-darba li jmiss niskopru xehda għasel fih. 

Satana, bħal sajjied, jilliska s-sunnara skont l-aptit tal-ħuta. Imma f’pajjiż fejn saltnet Kristu qabdet sew, sikwit Satana jġarrab bil-pretest tar-reliġjon. Għandna noqogħdulu l-aktar attenti meta jittrasforma lilu nnifsu f’anġlu tad-dawl. Lejn Ġesù, wara sawma ta’ erbgħin jum, resaq bl-Iskrittura fuq fommu, “Hu miktub.” 

Jinqeda bir-reliġjon biex ibegħidna minn Kristu, jisseparana minn mar-ras. Iġarrab bosta rġiel, pereżempju, għar-rgħiba bl-iskuża illi jridu jipprovdu għall-familji tagħhom. Fuq kollox iġarrab nies familjari mal-evanġelju, mingħajr għadhom ma jemmnuh, billi jħajjarhom jgħixu tajjeb, jafdaw fit-tjieba tagħhom infushom, u jraqqadhom f’sens ta’ sigurtà falza, għax difatti ebda bniedem ma jista’ jkun ġustifikat bl-għemil tal-liġi, għax hu miktub, “Il-bniedem ġust se jgħix bil-fidi” (Galatin 3:11).

Minkejja l-istrataġemmi djaboliċi, ultimament naqgħu għax irridu. Indubjament mexxejja għat-tentazzjoni għandna, imma hija ħtija tagħna meta nċedu. Biex nobżquha bla ma noqogħdu nomogħduha, aħna spiss inġarrbu lilna nfusna. Satana ċertament mhuwiex l-unika kawża għall-ħażen. In-nassab jifrex it-trabokki u jsaffar bħall-għasfur; iżda jagħmel x’jagħmel ma jistax iġiegħel lill-għasfur itir għal ġot-trabokk. L-għasfur imur għax irid; imħajjar, iva, imma t-tajran tiegħu. 

Hemm dispożizzjoni sigrieta fi qlubna lkoll, għad-dnub; imħollijin waħidna, nixorbuh bħall-ilma. Ix-xitan iġarrab, imma l-leblieba tagħna tiġbidna. Kieku m’għandniex widnejn jitgħarrxu u affezzjonijiet flessibbli, is-sireni jgħannu għalxejn. Ix-xitan, mela, ma jista’ qatt jirrovina bniedem mingħajr il-kunsens tal-bniedem, imma bniedem jista’ faċiment jirrovina lilu nnifsu mingħajr Satana. 

Kif nistgħu negħlbu u ngawdu l-vittorja miksuba għalina fuq il-Kalvarju? Is-sigurtà tagħna tinsab filli nirreżistu. “Irreżistu lix-xitan, u jaħrab minnkom” (Ġakbu 4:7). Il-kap kmandant tal-eżerċtu tal-Mulej forniena b’armatura biex tiddefendina aħna u nissieltu, imma ma tana xejn fil-każ li naħarbu mill-posta tagħna u nkunu rinnegati. Ħa nikkonsidraw ukoll, kif Satana ta tuffieħa lil Adam, biex ħadlu l-Ġnien tal-Għeden. Mela f’tiġribna kollu huwa imperattiv inqisu, mhux x’qed joffrielna, iżda x’se nitilfu. 

Talba: “Nixtiequ nkunu kkonformati max-xbieha ta’ Ibnek, Missier qaddis. Aħfrilna meta nogħtru. U meta nittradixxu lil Sidna billi niżvijjaw mit-triq, jew nisfaw xkanati b’tiġrib vjolenti, ħa nfittxu b’urġenza l-indiema, ir-rikoverta mill-waqgħa bi stqarrija sinċiera, u riforma istantanja, f’ġieħ Ibnek, is-Sultan tagħna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issiril...