Skip to main content

L-Agħar u l-Aħjar Ħaġa

“Il-qerq tal-fomm warrbu minnek, u biegħed minnek l-ingann tax-xofftejn. Fomm ir-raġel ġust hu għajn il-ħajja, iżda fomm il-ħżiena jistor il-vjolenza. Hemm min jitkellem bħall-infid ta’ sejf, iżda lsien l-għorrief idewwi. Mill-frott ta’ fommu wieħed jiekol il-ġid, iżda ruħ il-malizzjuż tiekol il-vjolenza. Min jgħasses fommu jippriżerva ħajtu, iżda min xofftejh jiftaħ beraħ, ħażin għalih. Il-ħsibijiet tal-qalb huma tal-bniedem, iżda t-tweġiba tal-ilsien mingħand il-Mulej” (Proverbji 4:24; 10:11; 12:18; 13:2-3; 16:1).

Min minna xi darba jew oħra ma ħassx in-nifda ta’ sejf ħiereġ minn fomm xi ħadd li kellimna bla ħniena, nieqes minn kull konsiderzzjoni, u għeri mill-imħabba? Is-sejf jinfed il-laħam u jfieri l-ġisem; il-kliem jirrendi l-qalb kollha feriti. Mhux ta’ b’xejn il-Mulej jinkludi dat-tip ta’ kliem fit-tifsira tal-kmandament, “La toqtolx.”

Iżda dan l-istess membru ċkejken, l-ilsien, kapaċi jfejjaq. Dan l-ilsien hu kmandat u kkontrollat mill-għerf u t-tagħlim. “Sidi, il-Mulej, tani l-ilsien ta’ dawk li huma mgħallmin, biex nagħraf ngħid xi kelma f’waqtha lil dak li hu għajjien” (Isaija 50:4). Mhux biżżejjed li l-ilsien ikun nieqes minn semm il-lifgħat. Ħa nimplimentawh ukoll bħala strument ta’ tidwija. Mhux biss m’għandha toħroġ ebda kelma ħażina, iżda wkoll dik li tagħti grazzja lin-nies li jisimgħuha.

L-effett pożittiv u l-effett negattiv li jista’ jħalli l-ilsien nillustrawh bi ġrajja gustuża mill-antik. Il-filosfu pagan, Xanthus, kien qed jistenna xi ħbieb biex jippranzaw miegħu. Għaldaqstant, bi tħejjija, amar lil Eżopu, il-ħarrief renomat, biex jipprovdilu l-aħjar ħwejjeġ li seta’ jsib fis-suq. Eżopu obda, u ġie lura d-dar bi provvista abbondanti ta’ ilsna. Il-kok qabad u sajjarhom, lesti biex ikunu servuti bi zlazi differenti. Fuq il-mejda tressqu kors wara kors ta’ lsien; iċ-ċena kollha, infatti, kienet tikkonsisti biss f’ilsna. 

Xanthus ħass ruħu avvelit, u sejjaħ lill-qaddej tiegħu. “Eżopu!” għajjat. “M’ordnajtlikx biex tixtri l-aħjar ikel offrut fis-swieq tagħna?”

“Ewwilla kont diżubbidjenti għall-amar tiegħek, sinjur?”

“Mela x’inhu!” wieġbu sidu mbegħren. 

“Skużani,” iddefenda lilu nnifsu Eżopu. “X’hemm aħjar mill-ilsien? Jaqaw mhux bl-ilsien illi nitkellmu l-verità ma’ xulxin? Mhux bl-ilsien illi jsiru l-kuntratti? Mhux bl-ilsien illi kull ftehim jintlaħaq fis-soċjetà tagħna? Mhux bl-ilsien illi wieħed jesprimi x’hemm f’moħħu? Mhux bl-ilsien illi naduraw lid-divinità? Mhux bl-ilsien illi ninkuraġġixxu, inwissu, nagħdru, ngħallmu u nikkumplimentaw lil xulxin?”

Xanthus xengel rasu, u ma seta’ jwieġeb xejn; il-punt ħadu u baqa’ jidwi f’moħħu. F’okkażżjoni oħra, meta kien kostrett, did-darba, jistieden xi qraba antipatiċi għall-ikel, reġa’ kmandah biex joħroġ sas-suq u jixtri l-agħar ħwejjeġ li seta’ jsib. Eżopu qabad il-ġewlaq u telaq. Miegħu ġab lura ruxxmata ilsna, u qal lill-kok biex isajjarhom għaċ-ċena. 

Kif ġew preżentati fuq il-mejda, Xanthus ma setax jemmen lil għajnejh. Misbul għall-aħħar sejjaħ lil Eżopu, u rema’ jlumu. “Xiex!” kisru quddiem kulħadd. “Erġajt ġibtli l-ilsna?”

“Dażgur!” irribatta Eżopu. “L-ilsien hu ċertament l-agħar ħaġa li ssib fid-dinja. Huwa strumentali għal kull ġlied u tilwim. Bih nigdbu u nqasqsu; bih jinħolqu l-firdiet u l-gwerer. L-ilsien hu l-organu tal-errur, kalunnji, dagħa, malafami, inġurji, tgħajjir u lusingar.”

Għal darb’ oħra sidu kellu jbaxxi rasu u joqgħod.

Eżopu ma kien qed isostni xejn li ma kienx diġà magħruf sekli qablu. “Hemm min jitkellem bħall-infid ta’ sejf, iżda lsien l-għorrief idewwi.”

Talba: “O Missier, xofftejn il-ġusti huma l-għaxqa tiegħek; int tħobb lil min jitkellem sewwa, bl-onestà u skont il-verità. Tħalliniex ningannaw lilna nfusna: għallimna nikkontrollaw ilsienna, aktar u aktar meta nafu illi għal kull kelma traskurata li nlissnu rridu nagħtu kont tagħha fil-ġudizzju. Ammen.” 

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti jintervie

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien