Skip to main content

Kenn u Fortizza Tagħna

“Min jgħix fil-kenn tal-Ogħla jgħammar għad-dell tal-Omnipotenti. Jien ngħid lill-Mulej, ‘Int il-kenn u l-fortizza tiegħi, Alla tiegħi.’ Fih nittama jien. Tassew hu jeħilsek mix-xibka tan-nassab u mill-mard tal-mewt. Hu jgħattik b’rixu u taħt ġwinħajh issib kenn; is-sewwa tiegħu jkun it-tarka u l-korazza tiegħek. Int ma tibżax mill-waħx tal-lejl, lanqas mill-vleġġa li tittajjar binhar, lanqas mill-pesta li tinxtered fid-dlam, u lanqas mill-ħerba li teqred f’nofinhar. Elf ruħ jaqgħu maġenbek, u għaxart elef fuq il-leminija tiegħek, iżda l-pesta ma tersaqx lejk” (Salmi 91:1-7).

Alla tagħna jabita l-eternità. Minn qabel ma twieldu l-muntanji, jew qabel ma saru l-art u l-baħar, minn dejjem għal dejjem, hu Alla (Salmi 90:2) – suffiċjenti u mbierek fih u minnu nnifsu. Is-smewwiet kull siegħa u kull mument jiddikjaraw sebħu, l-art l-għana varjegata tiegħu, l-univers imfassal bħala l-maqdes tiegħu. Il-preżenza tiegħu timla l-immensità. 

Frattant għoġbu jikkrea l-ħajja u jikkomunika l-hena. Għamilna dak li aħna, u tana kulma għandna. Fih ngħixu u aħna mħarrkin u għandna l-istess eżistenza tagħna (Atti 17:28), għax f’idu jinsab nifisna, mument b’mument. Qassmilna s-sehem u r-rokna tagħna, iffissalna l-magħlaq tal-abitazzjoni tagħna, jamministralna l-ħwejjeġ kollha involuti fihom. 

Aktar minn hekk, għamilna sinjuri fil-kelma, fl-għerf u t-tagħrif, għax meta tana lil Kristu ma ħalla xejn li ma tahulniex jew ma wegħidulniex. Fih ingawdu r-rivelazzjoni divina, indispensabbli għas-saħħa ta’ ruħna, għax meta naraw il-karattru tiegħu, il-grazzja, il-glorja, l-umiljazzjoni, is-sofferenzi, il-mewt u r-resurrezzjoni, nikkonkludu, “Jekk Alla hu magħna, min jista’ jkun kontra tagħna? Hu li ffrankahiex lill-istess Ibnu, imma tah għalina lkoll, kif ma jagħtiniex miegħu b’xejn il-ħwejjeġ kollha?” (Rumani 8:31-32).

Irridu, però, nibqgħu nħossu l-bżonn tas-salvazzjoni tiegħu, u ma Ġobb ngħajtu, “Jien vili,” ma’ Pietru, “Jien raġel midneb,” mal-pubblikan, “Kun ħanin miegħi, il-midneb.” Ħa nħalluh jgħakkes fina l-ġibda lejn id-dnub, u nagħrfu mhux biss il-maħfra, stupenda kemm hi stupenda, iżda wkoll il-ħidma sopranaturali fina tar-rinovazzjoni progressiva, biex hekk inservuh b’mod aċċettabbli, nagħrfuh aħjar u fl-istess ħin ingawduh, issa u għal dejjem. Ma nistgħux nassumu li nistgħu b’xi mod inressqu għemilna, ir-riżoluzzjonijiet tagħna, kwalunkwe ħaġa. Alla tagħna ma jinxtarax; Alla tagħna xtrana għalih innifsu. Kienet l-iniżjattiva tiegħu, u r-rispons tagħna, kif imqanqla bill-grazzja tiegħu.

Biss noqogħdu attenti illi ma niżvijjawx apposta, ma nopponux vilment l-awtorità tiegħu fuqna, ma nabbużawx tjubitu. M’għandniex għalfejn nistmaw fil-baxx il-privileġġi tagħna. 

Talba: “Għinna, Mulej, niftakru l-wegħdi tiegħek, ngħixuhom u nesibuhom. Ħa nkunu impressjonati b’sens tal-omnipreżenza konfortabbli tiegħek, kif idawwarna minn quddiem u minn wara, maġenbna u fuqna, kif tibgħat l-anġli tal-Preżenza tiegħek biex iħarsuna, kif twassalna fid-destin etern tagħna. Imlina b’timenza u riverenza lejk, ħa naqduk b’sens ta’ meravilja u gratitudni.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...