Skip to main content

Għajnuna Pronta

“Alla hu l-kenn u l-qawwa tagħna, għajnuna pronta dejjem fid-dwejjaq. Għalhekk ma nibżgħux imqar jekk l-art titriegħed u l-muntanji jiġġarrfu f’nofs il-baħar, u l-ilmijiet tiegħu jgħajtu u jirgħaw, u l-muntanji jitheżżu bit-tqanqil tagħhom. Hemm xmara li n-nixxigħat tagħha jferrħu l-belt t’Alla, l-għamara qaddisa tal-Ogħla. Alla qiegħed f’nofsha; hi ma titħarrikx. Alla jgħinna, mit-tbexbix tal-jum. Il-ġnus triegħdu, is-saltniet iġġarrfu; hu semma’ leħnu u l-art iddewbet. Il-Mulej tal-eżerċti magħna; Alla ta’ Ġakobb hu l-fortizza tagħna” (Salmi 46:1-7).

Għajnuna li mhix preżenti meta għandna bżonnha ma tiswa kważi xejn. L-ankra li titħalla fuq l-art tkun bla fejda għall-baħrin f’nofs il-maltempata. Tabib li ma ssibux meta tinsab marid ma jaġevolak xejn. Fost id-diversi għajnuniet tal-art, ftit huma pronti: ġeneralment iddum biex tiksibhom u tapprofitta minnhom. 

Xi ngħidu, però, dwar Alla tagħna? Hu preżenti kull meta nfittxuh, preżenti meta għandna bżonnu, u preżenti meta nkunu gawdejna s-sokkors tiegħu. “Alla nnifsu qal, ‘Żgurament mhux se nħallik, lanqas qatt mhu se nabbandunak’ – biex hekk aħna nistgħu ngħidu kunfidentement, ‘Is-Sid sokkoratur tiegħi; mhux se nibża’. X’jista’ jagħmilli l- bniedem?’” (Ebrej 13:5-6). 

Hu iżjed minn pront; hu pront dejjem u bla falliment. Iżjed preżenti mill-eqreb ħabib tagħna, għax insibuh fil-gwaj u l-għawġ; iżjed preżenti minna nfusna, għax kultant nintilfu minn sensina, nitħawdu u ma nkunux nafu x’aħna nagħmlu. Hu dejjem preżenti, effettivament preżenti, simpatetikament preżenti, preżenti f’kull sens. Jinsab preżenti bħalissa jekk ninsabu għaddejjin minn staġun imċallas.

Mela ħalli nitgħallmu nistrieħu fih. Hu r-rifuġju tagħna; hu l-qawwa tagħna. Luteru sejjaħlu “s-sur sħiħ li qatt ma jċedi,” u bir-raġun. Ħalli ninġabru madwaru; hu l-għajnuna, ħalli mela mmilu fuqu. Hu għajnuna pronta. “Fi żmien il-għawġ jaħbini fl-għarix tiegħuħa; fil-moħba tal-kenn tiegħu jaħbini, u jqegħidni fuq blata” (Salmi 27:5). Ħa nirpożaw fih issa stess, għax wera lilu nnifsu favur tagħna. “Ejjew, araw l-għemejjel tal-Mulej, xi ħwejjeġ tal-għaġeb għamel fuq l-art” (Salmi 46:8). 

M’għandniex għalfejn nitħassbu għall-mument wieħed, jew nibżgħu għal sekonda waħda. “Il-Mulej tal-eżerċti hu magħna: Alla ta’ Ġakobb hu r-rifuġju tagħna.” Hi t-tema ripetuta u ċċelebrata min-nies devoti tal-antik. “Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi; minn min għandi nibża’? Il-Mulej hu l-qawwa ta’ ħajti; minn min għandi nitwerwer?” (Salmi 27:1). Għax m’għandniex nagħmlu l-istess aħna fiż-żmien modern? Ħa ngħidu lil xulxin: “X’kien jiġri minni kieku m’emmintx li nara t-tjieba tal-Mulej fl-art tal-ħajjin? Ittama fil-Mulej; żomm sħiħ, u hu jqawwilek qalbek” (Salmi 27:13-14).

Talba: “Missier etern Alla, int tistedinna biex infittxu lil wiċċek, u allura qalbna twieġeb u tinkuraġġina. Din hi l-kwestwa tagħna: infittxu lil wiċċek. Taħbix wiċċek ’il bogħod minna; la twarrabx bil-herra lill-qaddejja tiegħek. Bħalma kont l-għajnuna tagħna fl-imgħoddi, kun issa t-tarka u t-torri setgħan tagħna. Kun id-difiża kollha tagħna, o Alla tal-eżerċti, f’ġieħ Ibnek Ġesù.” 

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...