Skip to main content

Niġi Malajr

“M’inix se nħallikom bħall-orfni; se niġi għandkom. Daqsxejn ieħor u d-dinja ma taranix iżjed, imma intom għad tarawni. Għax jien ngħix, se tgħixu intom ukoll. F’dak il-jum intom se tirrealizzaw illi jien f’Missieri, u intom fija, u jien fikom. Min għandu l-kmandamenti tiegħi u jżommhom, dak hu li jħobbni. Min jħobbni se jinħabb minn Missieri, u jien ukoll se nħobbu u se nimmanifestalu lili nnifsi” (Ġwanni 14:18-21).

Telaqna, u madankollu ma ħalliniex iltima. Jibqa’ l-faraġ tagħna, avolja mar lura għand il-Missier. M’aħniex bla konfort. Il-faraġ tagħna jikkonsisti fil-wegħda illi għad jerġa’ jiġi, konsolazzjoni biżżejjed biex isostnina matul l-assenza prolongata tiegħu. Ġesù Sidna qed iħejji biex jirritorna. Jgħid, “Ġej malajr.” Dalwaqt narawh magħna; xejn ma jista’ jfixkel l-appuntament tiegħu, meta jiġi fis-sħab tas-sema, b’qawwa u glorja kbira. Ħadd mhu kapaċi jittardja l-wasla tiegħu, lanqas bi kwarta. 

Jgħid speċjalment, “Niġi għandkom.” Hekk jagħmel. Ġej speċjalment għal niesu, biex jiġborhom miegħu. Dan għandu jkun il-faraġ tagħhom, filwaqt li jibku għax l-Għarus għadu ma deherx.

Meta nitilfu s-sens ferrieħi tal-preżenza tiegħu, nitbekkew. B'daqshekk m’għandniex għalfejn nagħlu bħallikieku tlifna t-tama. Il-Mulej ħeba lilu nnifsu għal ftit tal-ħin, iżda meta jirritorna jkollu l-ħlas miegħu, biex jagħti lil kull wieħed skont għemilu. 

Talba: “O Mulej, irxoxtat, eżaltat u inkurunat fl-ogħla smewwiet, ejja malajr! Ħa tiġi saltnatek! X’eżistenza tkun din jekk nibqgħu mingħajrek? Nixxenqu għall-manifestazzjoni glorjuża tiegħek. Nitniegħdu għar-ritorn tat-tbissima ħelwa tiegħek. Meta se tiġi għandna? Aħna ċerti li għad tidher; la tiddawwarx, o Alla tagħna!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...