Skip to main content

Issa Rawk Għajnejja

“Min hu dak li bla għaqal jaħbi l-fehma tiegħek? Iva, jien tkellimt fuq dak li ma nifhimx; huma ħwejjeġ wisq tal-għaġeb għalija, li jien ma nifhimhomx. Isma’, nitolbok, u jien nitkellem; jien insaqsik, u int għallimni. Jien kont smajt bik b’widnejja, iżda issa rawk għajnejja. Għalhekk nistmell lili nnifsi, u nindem fit-trab u l-irmied” (Ġobb 42:1-6). 

Ħa nieħu nota illi meta n-nies toppressani jew tagħmilli ħajti diffiċli, inġustament, xorta waħda hemm raġuni li tiġġustifika lil Alla biex jippermetti t-taħwid f’ħajti. Il-ġustizzja t’Alla hi esegwita fuqna bl-inġustizzja tagħhom; jekk in-nies jixluni falz, niftakar kemm Alla kapaċi jakkużani u jagħti prova ta’ ħtijieti. 

Meta Ġobb kellu jittratta ma’ bnedmin bħalu sostna u ddefenda l-karattru tiegħu kontra l-baraxx ta’ kritika daparti tagħhom. “Xofftejja qatt ma jgħidu ħaġa ħażina,” argumenta magħhom, “u lanqas ilsieni ma jlissen gidba. Barra minni li nagħtikom raġun! Sa ma mmut ma nwarrabx minni l-integrità tiegħi. Mal-ħaqq tiegħi nżomm sħiħ, u ma nerħihx; qalbi ma ċċanfarnix kemm indum ħaj” (Ġobb 27:4-6).

Imma meta indirizzah il-Mulej, kemm hi differenti l-mentalità tiegħu! X’bidla radikali naraw fih! Quddiem il-Ħallieq u d-Diriġent tal-univers, li jżomm f’idu lil Orjone u l-Plejadi, quddiem il-Qaddis, li mqar l-anġli mhumiex safja f’għajnejh, il-patrijarka jobżoq dnubu, u ma setax jiġġustifika lilu nnifsu. Flok ma argumenta u rraġuna, issuplika. “Ara, jien ma jien xejn; x’nista’ nwieġbek?” jgħidlu. “Inqiegħed idi fuq fommi. Darba tkellimt, u ma ntennix; iva, darbtejn, u ma nżidx aktar” (Ġobb 40:4-5). Evidentament il-ġust, issa midrub, tgħallem xi ħaġa!

John Bunyan kien jaf intimament x’jiġifieri moħqrija inġusta. Ħallielna dal-ħsieb: “Ewwilla dawk il-ħwejjeġ li huma l-aktar morri għan-natura karnali tagħna m’għandhomx ħabta jqanqlu lill-Kristjani għall-fidi u t-talb, u fl-istess ħin jaraw il-vojtezza ta’ did-dinja, u t-transitorjetà tal-ifjen affarijiet prodotti minnha? Jaqaw Alla, b’dawn it-tbatijiet, ma jsejjaħx sikwit lil dnubietna biex niftakruhom, u jipprovokana biex namendaw ħajjitna? Kif mela nistgħu nkunu offiżi b’inċidenti li bihom naħsdu tant għelejjel ta’ ġid?...

“Għaldaqstant, jekk l-għadu tiegħi jġuħ, nitimgħu; jekk jaqbdu l-għatx, nagħtih jixrob. Issa biex nagħmlu dan, irridu l-ewwel nilmħu l-ġid f’dak li ħaddieħor ma jara ebda ġid. It-tieni, irridu noqtlu kull sens ta’ vendetta, u naħfru l-weġgħat li nies oħra jiddeterminaw illi jpattuhom.”

Talba: “Missier twajjeb u għaref, ħa nuru illi realment u attwalment irċevejna l-grazzja mingħandek. Int ikkostitwejtna biex nissaportu dak li ħaddieħor mhuwiex midħla tiegħu. Għallimna biex nirrealizzaw illi bosta mill-grazzji tagħna huma miżmuma ħajjin b’dawk l-istess affarijiet li jservu ta’ mewt għall-infidili.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...