Skip to main content

Bl-Istess Spirtu Ta' Fidi

“Peress li għandna l-istess spirtu tal-fidi, skont x’hemm miktub: ‘Emmint, konsegwentement tkellimt,’ aħna wkoll nemmnu, u konsegwentement nitkellmu, billi nafu illi dak li qajjem lis-Sid Ġesù mill-mewt għad iqajjem ukoll lilna flimkien ma’ Ġesù u jippreżentana magħkom fil-preżenza tiegħu. Għax infatti l-ħwejjeġ kollha huma minħabba fikom, sabiex il-grazzja li qed tilħaq aktar u aktar nies tkattar ir-ringrazzjament għall-glorja t’Alla. Konsegwentement ma naqtgħux jiesna. Għalkemm il-bniedem esterjuri tagħna qed jitħassar, madankollu l-bniedem interjuri tagħna qed ikun imġedded jum wara jum. Għax l-afflizzjoni leġġiera u mumentanja tagħna qed tipproduċi għalina toqol etern ta’ glorja ’l hinn minn kull paragun, filwaqt li aħna nixħtu l-attenzjoni mhux lejn il-ħwejjeġ viżibbli, iżda lejn il-ħwejjeġ inviżibbli. Għax il-ħwejjeġ viżibbli huma temporanji, imma l-ħwejjeġ inviżibbli huma eterni” (2 Korintin 4:13-18).

Pawlu jurina u jipperswadina, bħala ħutu fil-Mulej, li ninsabu f’linja ta’ xhieda fidili, aduraturi t’Alla reali bla ma josservawh b’għajnejhom. Iżid jgħid li m’għandniex naqtgħu qalbna minħabba l-ostakli quddiemna; il-fidi tagħna ssostnina bħalma sostniet lil ta’ qabilna. Nemmnu bħalma emmen Pawlu, li kien motivat mill-istess ħarsa ta’ fidi bħal David, li kiteb Salm 116:10, bħal Abraham u Abel.

X’nemmnu? Sewwa sew nemmnu f’Alla, u kulma qalilna; nemmnu fl-għan etern tiegħu; fir-rovina totali u l-inabbiltà tal-bneidem li jinsab f’apostasija mill-Ħallieq; nemmnu fil-missjoni ta’ salvataġġ fl-Iben divin, li sar inkarnat, u offra sagrifiċċju wieħed għat-tneħħija tad-dnub u l-ġustifikazzjoni tagħna. Nemmnu fil-qawmien fl-aħħar jum. Dan mhu essenzjalment xejn differenti mill-fidi tal-antenati tagħna. Il-fidi Kristjana għandha għeruqha fi żmien żemżem: mhix novità, u allura hija kritika redikola u bla ħsieb meta jgħajruna, ‘Intom ġejjin minn Neriku VIII!’ jew, ‘Fejn kontu qabel Luteru?’

Nammettu liberament, il-ħajja fil-knisja ħadet żvolta ġdida mir-Riforma ’l hawn, imma nħaddnu l-istess vanġelu appostoliku, proklamat minn qabel mill-ispirtu profetiku. Bl-istess spirtu ta’ fidi nesprimu ruħna, bla mistħija, riżerva jew intimidazzjoni. Il-qaddisin qabilna huma ispirazzjoni għalina, u jinkuraġġuna niftħu fommna favur Ġesù l-Mulej.

Indubjament se nkunu konfrontati b’theddid, saram u reżistenza determinata, imma ninsabu ċerti mir-rebħa aħħarija. Ma nċedux, għax il-fidi tagħna mhix imsejsa fuq ħrejjef jew mitoloġija, lanqas fuq gideb jew esperjenza instabbli ta’ mħuħ fanatiċi u sħan.

Talba: “Agħtina l-konfidenza meħtieġa, Missier, biex ma nitwarrbux fil-ġenb iżda nissoktaw niġru t-tiġrija tal-fidi, b’ħarsitna msammra fuq il-Pijunier u l-Perfezzjonatur tal-fidi tagħna. Urina kif m’għandniex għalfejn nibżgħu la tul il-ħajja u lanqas quddiem il-mewt. Ħalli l-fiduċja tagħna tibqa’ tixgħel sal-aħħar, aktar u aktar meta nafu illi avolja jkollna nbatu, wegħidtna illi għad ikunu glorifikati ma’ Ibnek, il-Feddej tagħna.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...