Skip to main content

Dnub u Grazzja

“O Mulej, għaliex qiegħed ’il bogħod minni? Għaliex tinħeba fi żmien l-għali? Fil-kburija tiegħu l-ħażin ippersegwita lill-fqar; jinqabdu fin-nases li nasbilhom. Bix-xewqat ta’ qalbu jiftaħar il-ħażin, u jbierek ir-rgħiba, li l-Mulej jistmell. Il-ħażin, fil-kburija ta’ wiċċu, ma jfittixx lill-Mulej; fi ħsibijietu kollha m’hemmx Alla” (Salmi 10:1-4).

L-Iskrittura tagħmel dijanjosi tad-dnub u tpenġih bħala diformità universali fin-natura umana, misjuba f’kull aspett f’kull persuna. Hu deskritt bħala ribelljoni kontra saltnet Alla, timmissja l-bersall li Alla qiegħed quddiemna biex nimmiraw lejh, it-trasgressjoni tal-liġi divina, u d-diżubbidjenza għad-direttivi t’Alla. Bid-dnub il-bniedem joffendi l-purità assoluta t’Alla billi jniġġes lilu nnifsu u jġib ħtija quddiem l-Imħallef omnixjenti tiegħu. 

Din id-diformità morali hi dinamika: id-dnub hu żvelat bħala enerġija ta’ reazzjoni irrazzjonali, negattiva u xewwiexa għas-sejħa u l-kmand t’Alla. Hu spirtu ta’ ġlied kontra Alla; bi dnub wieħed ikun qed jagħmilha ta’ Alla. Għerq id-dnub hu l-kburija u l-għadwa kontra l-Mulej, l-ispirtu li ħakem fuq Adam fl-ewwel trasgressjoni tiegħu. 

L-atti midinba dejjem għandhom warajhom ħsibijiet, motivi u xewqat illi b’xi mod jew ieħor jesprimu l-oppożizzjoni stinata tal-qalb apostata għad-dritt t’Alla fuq ħajjitna. 

Talba: “Missier, it-tama tiegħi hi waħda: fejn id-dnub kotor, il-grazzja tiegħek taf toktor wisq aktar. B’din il-konfidenza nersaq lejk, għax nemmen illi minħabba s-sagrifiċċju ta’ Ibnek int issa rikonċiljat miegħi, u jien miegħek. Tagħmilni wkoll kapaċi niskarta d-dnub, għax m’għadnix taħt il-liġi, iżda taħt il-grazzja sovrana u suffiċjenti tiegħek. Għalhekk jien infaħħrek u nbierek lil ismek. Ammen, issa u għal dejjem.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...