Skip to main content

Grazzja Irreżistibbli

“Alla għażel il-ħwejjeġ baxxi tad-dinja u l-ħwejjeġ mistmerra – saħansitra l-ħwejjeġ li mhumiex – sabiex jinnullifika l-ħwejjeġ li huma, ħalli ebda bniedem ma jiftaħar quddiem Alla. Minħabba f’Alla illi intom qegħdin fi Kristu Ġesù, li sar għalina għerf mingħand Alla, u ġustizzja, qdusija u fidwa, sabiex, bħalma hu miktub: ‘Min jiftaħar ħa jiftaħar fis-Sid’” (1 Korintin 1:28-31).

Alla jikkonverti u jsejjaħ lill-bnedmin skont l-għan u l-grazzja tiegħu, mogħtija lilna fi Kristu Ġesù. Kull meta l-Mulej japplika l-grazzja tal-għan tiegħu biex jakkwista t-tali individwu, qatt u qatt ma jgħarrilu. Wistin ta’ Ippona kiteb: “Il-grazzja tiegħu ma ssibx lill-bnedmin kwalifikati għas-salvazzjoni, iżda tagħmilhom kwalifikati. Il-ħidma, mill-bidu sa tmiemha, tappartieni għal Alla waħdu, li jagħmel ir-rieda tal-bniedem ġusta.” 

Minn hawn il-Knisja Riformata tgħallmet titkellem u tithenna fil-grazzja invinċibbli. Il-grazzja qatt ma topera biex tħajjarna nkunu rridu u tħallina bla ma nkunu rridu nersqu lejn l-Iben għall-maħfra u l-ħajja. 

Il-qagħda tagħna kienet tassew kritika: twelidna b’daharna lejn Alla u opposti għall-Ġenna, u b’wiċċna lejn id-dnub u l-Infern, sakemm waslet il-grazzja u dawritna. Hija l-grazzja salvivika, mela, li tagħmilna rridu biex nitilqu l-leblibiet tagħna bħalma priġunier ikun irid japparti ruħu miċ-ċella tiegħu. O x’ħidma ineffabbli din! Il-grazzja sovrana, minn stranġieri, tikkostitwina wlied Alla l-ħaj! 

Alla ma jipprovdix sempliċement il-possibbiltà tas-salvazzjoni, imma jassigura l-applikazzjoni effikaċi tagħha għall-benefiċċju tagħna. Hekk, mela, il-grazzja hi setgħa, għax tenerġizzana. Nies spiritwalment mejta għandhom bżonn ħajja u enerġija aktar minn kull ħaġa oħra. Jeħtieġu n-nifs vitali, jitqajmu mill-mewt. Il-mejjet ma jistax iqajjem lilu nnifsu. Alla jrid jintervieni u jonfoħ fih, bħalma nefaħ f’Adam meta ħalqu mit-trab tal-art.

Talba: “Kemm huwa meraviljuż għemilek lejna, Missier! X’għaġeb ta’ grazzja esibejt favur tagħna! Għax kieku ma ġbidtniex int ma konniex nersqu lejn Ibnek għall-ħajja, u kieku ma għallimtniex int konna nibqgħu fid-dlam u l-injoranza spiritwali. Infaħħruk u nberkuk għall-operazzjoni tal-Ispirtu tiegħek illi illuminana u introduċiena għas-saltna ta’ Ibnek il-Maħbub.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...