Skip to main content

Il-Maħbub Tiegħi

“Il-Fariżej ħarġu u kkomplottaw bejniethom kontra tiegħu, kif setgħu joqtluh. Imma Ġesù, konxju ta’ dan, irtira minn hemm. Segwewh ruxxmata nies, u kkuralhom il-morda kollha. U widdibhom sabiex ma jgħarrfuhx ma’ ħaddieħor min kien, sabiex titwettaq il-ħaġa mitkellma permezz ta’ Isaija l-profeta, meta qal: ‘Ara, is-seftur tiegħi li ħtart, il-Maħbub tiegħi li bih titgħaxxaq ruħi. Se nqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu, u se jannunzja l-ġustizzja lill-Ġentili. Mhux se jitlewwem u lanqas jgħajjat, lanqas ħadd mhu se jisma’ leħnu fit-toroq. Qasba mġelġla mhux se jiksirha u ftila ddaħħan mhux se jitfiha, sakemm iwassal il-ġustizzja għall-vittorja. F’ismu għad jittamaw il-Ġentili’” (Mattew 12:14-21).

Ġesù jħalli impatt misterjuż u frattant ċert. Ma kienx il-bniedem illi vjaġġa wisq, u lanqas l-eżistenza tiegħu ma kienet xi waħda kosmopolitana. Minkejja dan, ħadd ma jista’ jiċħad l-influwenza globali tal-ħajja provinċjali tiegħu, li għadha tikber u tikber sal-lum. Wieħed awtur mhux magħruf irrifletta fuqu hekk:

“Twieled f’raħal oskur, iben xebba raħlija. Ħadem f’ħanut ta’ mastrudaxxa sakemm għalaq tletin sena, u mbagħad għal tliet snin kien predikatur itineranti. 

“Meta l-kurrent tal-opinjoni popolari daret kontrih, ħbiebu stess ħarbu. Kien mitluq f’idejn l-għedewwa tiegħu. Għaddewh ġuri u xlewh bi ħtija. Safa mislub ma’ salib bejn żewġ malefatturi. Appena miet, tqiegħed f’qabar misluf. 

“Qatt ma kiteb ktieb. Qatt ma kellu xi kariga politika. Qatt ma ppossieda dar. Qatt ma attenda kulleġġ. Qatt ma vjaġġa iktar minn mitejn mil mill-post fejn twieled. Qatt m’għamel xi waħda minn dawk l-affarijiet li normalment jakkumpanjaw persunaġġ kbir. 

“Frattant l-armati kollha li qatt immarċjaw, u l-gvernijiet kollha li qatt kienu stabbiliti, u s-slaten kollha li qatt irrenjaw, ma affettwawx il-ħajja fuq wiċċ l-art b’mod aktar potenti mill-ħajja solitari tiegħu.”

Talba: “Dhert fostna, Mulej Ġesù, bħala l-umli u l-manswet, sensittiv għal min hu dgħajjef, teneru ma’ min hu dubjuż, kollok imħabba lejn il-mormija u l-emarġinati. Jien, bħall-bqija, debboli u allura neħtieġek. Jien qasba mġelġla: tiksirnix. Jien ftila ddaħħan: titfinix. Fik nittama jien. Nistenna lilek sakemm twassal il-ġustizzja għall-vittorja sħiħa. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...